Futbol internazzjonali
UEFA Champions League – Inter aktar viċin kwalifikazzjoni.. Ajax jibqgħu b’punti massimi

Champions League – Grupp Ċ
Besiktas – Ajax 1-2
Vantaġġ għat-Torok fit-tnejn u għoxrin minuta minuta minn penalty ta’ Rachid Ghezzal wara li r-referi tal-partita kkonsulta l-VAR, kmieni fit-tieni taqsima Olandiżi kisbu d-draw wara ballun vertikali, rċieva s-sostitut eks West Ham Sebastien Haller li f’lasti vojta għamel l-iskor indaqs.

Reġa kien Sebastian Haller li fis-sebgħin minuta skorja l-goal tar-rebħa għal Ajax wara frikik ta’ Dusan Tadic, biex Olandiżi żammew ir-rekord massimu, ħmistax-il punt minn ħames logħbiet.

Champions League – Grupp D
Inter – Shakhtar Donetsk 2-0
Minn Grupp D, Inter pass tajjeb lejn kwalifikazzjoni wara rebħa 2-0 f’darhom fil-Meazza kontra Shakthar Donesk, partita li tinsab fil-ħin miżjud.

Vantaġġ għaċ-Champions Taljani fil-wieħed u sittin minuta b’xutt ta’ Darmian imblukkat, daħal bħal vleġġa Edin Dzeko li bil-lemin b’xutt mill-isbaħ għar-rokna għeleb lill-goalkeeper tat-tim Ukren Anatolii Trubin.

Sitt minuti wara 2-0 għan-NerAzzurri, kross preċiż ta’ Perisic, u fuq it-tieni lasta reġa kien Edin Dzeko li b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper avversarju.

Miktub minn...
Rodney Vassallo