Futbol lokali
UEFA Champions League: Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti se jkun id-delegat tal-partita tal-lejla bejn Lyon u Juventus

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus.

Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni tal-President ta’ dak iż-żmien Norman Darmanin Demajo li kienet approvata mill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni.

Hu kien ħa post Bjorn Vassallo li kien irriżenja u mar jaħdem il-FIFA.

Chetcuti għadu jokkupa din il-kariga sal-lum taħt il-President Vassallo.

Dan jista’ jitqies bħala unur għal Malta li miċ-ċokon tagħna, il-UEFA fdat f’idejn Malti r-responsabbiltà ta’ partita daqshekk importanti.

Hija l-prassi normali li l-amministrazzjoni ta’ kull Assoċjazzjoni Ewropea jkollha l-amministraturi tagħha iffiltrati f’karigi ta’ dan it-tip.

Madankollu, l-biċċa l-kbira tal-Maltin dejjem kellhom appuntamenti fil-UEFA Europa League u f’partiti tal-fażi tal-gruppi ta’ importanza inqas.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar