Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Jinħarġu d-dati tas-semifinali

Ftit tas-sigħat ilu, il-UEFA ħarġet id-dati taż-żewġ partiti tas-semifinali.

L-ewwel legs jintlagħbu bejn it-30 ta’ April u l-1 ta’ Mejju.

Fit-30 ta’ April, Tottenham Hotspur jilagħbu f’darhom kontra Ajax mentri fl-1 ta’ Mejju, Barcelona jilagħbu f’darhom kontra Liverpool.

It-tieni leg jintlagħbu fis-7 u t-8 ta’ Mejju.

Fis-7 ta’ Mejju, Liverpool jilqgħu f’darhom lil Barcelona u fit-8 ta’ Mejju, Ajax jilqgħu f’darhom lil Tottenham Hotspur.

Il-finali tal-UEFA Champions League 2018/19 issir fl-1 ta’ Ġunju f’Estadio Metropolitano ta’ Madrid.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners…

Futbol internazzjonali

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin. Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola…

Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Aktar