Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Jitilgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semifinali

Illum wara nofsinhar, f’Lyon, l-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semfinali tal-UEFA Champions League.

It-12-il tim li fadal fil-kompetizzjoni, issa jistgħu jippjanaw aħjar it-triq tagħhom sal-finali li se tintlagħab il-Ħadd 23 ta’ Awwissu f’Estadio do Sport Lisboa e Benfica, fil-Portugall.

Fil-kwarti tal-finali, ir-rebbieħ bejn Real Madrid u Manchester City se jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Lyon u Juventus.

Ir-rebbieħ bejn Napoli u Barcelona se jilgħab fis-semifinali kontra r-rebbieħ bejn Chelsea u Bayern Munich.

Ir-rebbieħa ta’ dawn il-kwarti tal-finali jilagħbu kontra xulxin fis-semifinali.

Fil-kwarti tal-finali l-oħra, Atalanta jilagħbu kontra Paris St Germain u Leipzig se jilagħbu kontra Atletico Madrid.

Ir-rebbieħa ta’ dawn il-kwarti tal-finali jilagħbu kontra xulxin fis-semifinali.

Il-partiti kollha mill-kwarti tal-finali ’il quddiem jintlagħbu fuq partiti waħda f’tournament ta’ ftit jiem, kollha fil-Portugall.

Hemm diversi kurżitajiet f’dawn il-poloz li ttellgħu llum.

Leipzig u Atletico Madrid u Atalanta u Paris St Germain qatt la ltaqgħu kontra xulxin qabel.

Atletico Madrid rebħu l-aħħar tmien partiti knock-out fil-kompetizzjonijiet Ewropej kontra timijiet Ġermaniżi.

Jekk Real Madrid u Juventus jikkwalifikaw mill-kwarti tal-finali, ikun ifisser li se jiltaqgħu kontra xulxin fl-Istorja Ewropa tal-futbol għat-22 darba.

Il-partiti li fadal mir-rawnd tal-aħħar 16 se jintlagħbu bejn is-7 u t-8 ta’ Awwissu.

Il-kwartit tal-kwarti tal-finali se jintlagħbu bejn it-12 u l-15 ta’ Awwissu.

Is-semifinali jintlagħbu fit-18 u d-19 ta’ Awwissu.

Il-partiti kollha se jintlagħbu fid-9.00pm.

Miktub minn...
TVM Sport