Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Juventus jirbħu fi Spanja minkejja t-tkeċċija kontroverjali ta’ Ronaldo; faċli għal Manchester Utd u Real Madrid

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda.

Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0. Tagliafico fetaħ l-iskor għal Ajax eżatt kif bdiet it-tieni taqsima, Van De Beek irdoppja fis-77 minuta u Tagliafico jiskurja ieħor fid-90 minuta għat-tim Olandiż.

Mill-istess grupp, Bayern Munich għelbu lil Benfica bi skor ta’ 2-0. Lewandowski fetaħ l-iskor wara 10 minuti logħob u Sanches irdoppja fl-54 minuta.

Minn Grupp F, draw ta’ 2-2 bejn Shaktar Donetsk u Hoffenheim. Il-Ġermaniżi fil-vantaġġ b’gowl ta’ Grillitsh wara 6 minuti logħob u Ismaily jġib id-draw fis-27 minuta. Hoffenheim mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl ta’ Nordveit fit-38 minuta. Shaktar iġibu d-draw fil-81 minuta minn Barberan.

Fil-partita l-oħra minn Grupp F, sorpriża kbira hekk kif Lyon barra minn darhom għelbu lil Manchester City bi skor ta’ 2-1. Vantaġġ doppju għall-Franċiżi b’gowls ta’ Cornet wara 26 minuta logħob u Fekir fit-43 minuta. Bernardo SIlva jiskurja għal Manchester City fis-67 minuta.

Minn Grupp G, Real Madrid jegħlbu lil Roma bi skor ta’ 3-0. Isco jiftaħ l-iskor fil-45 minuta u Gareth Bale jirdoppja fit-58 minuta. Mariano Diaz jiskurja t-tielet gowl fid-90 minuta.

Fil-partita l-oħra Viktoria Plzen u CSKA Moscow spiċċaw fi skor ta’ 2-2. Krmencik fetaħ l-iskor għċ-Ċeki u jirdoppa fil-41 minuta. Chalov jiskurja għar-Russi fid-49 minuta u Vlasic iġib id-draw minn penalty fid-90 minuta.

Minn Grupp H, rebħa għal Juventus barra minn darhom kontra Valencia anki jekk lagħbu aktar minn siegħa bi plejer inqas wara t-tkeċċija kontroversjali ta’ Cristiano Ronaldo wara 30 minuta logħob. Il-gowls ta’ Juventus jaslu minn żewġ penalties ta’ Pjanic fil-45 u l-51 minuta.

Fl-istess Grupp, Manchester United fl-Isvizzera jegħlbu lil Young Boys bi skor ta’ 3-0. Pogba jiftaħ l-iskor fil-35 minuta u jirdoppja fl-44 minuta minn penalty. Martial jiskurja t-tielet gowl fis-66 minuta.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mill-UEFA Champions League, wara li lbieraħ filgħaxija PSG, Liverpool u Tottenham H. imlew tlieta mill-aħħar 4 postijiet li kien fadal fir-Round tas-16, issa jifdal it-taqtiegħa bejn Lyon u Shakhtar Donetsk…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League Riżultati minn Match day 6 Grupp A Club Brugge 0 – 0 Atletico Madrid – Jan Breydel Stadion Monaco 0 – 2 Borussia Dortmund – Stade Louis…

Futbol internazzjonali

F’Nyon ittelgħu l-poloz tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għal-kampjonat ewropew tal-Under 21 tas-sena 2021. It-Team Nazzjonali Malta ttella’ bil-polza sabiex jilgħab fi Grupp 8 flimkien mad-Danimarka, r-Rumanija, l-Ukrajna, l-Finlandja u l-Irlanda ta’…

Futbol internazzjonali

F’Goodison Park, Everton u Watford ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw fi dro ta’ 2-2. Kienet logħba li baqgħet indeċiża sal-aħħar u kienu Everton li sabu x-xibka l-ewwel permezz ta’…

Aktar