Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Juventus kontra Ajax; Barcelona – Manchester Utd l-aktar polza ta’ attrazzjoni

Ftit tal-ħin ilu telgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semifinali tal-UEFA Champions League.

Juventus telgħu biex jilagħbu kontra Ajax tal-Olanda filwaqt li l-aktar polza ta’ attrazzjoni tkun dik bejn Barcelona u Manchester United.

Iż-żewġ kwarti tal-finali l-oħra jkunu Liverpool kontra Porto u Tottenham Hotspur kontra Manchester City.

Min jikkwalifika minn Juventus jew Ajax jilgħab is-semifinali kontra min jikkwalifika bejn Tottenham Hotspur  u Manchester City.

Min jikkwalifika bejn Liverpool u Porto jilgħab semifinali kontra min jikkwalifika bejn Barcelona u Manchester United.

Il-kwarti tal-finali jintlagħbu fid-9 u l-10 ta’ April u s-16 u s-17 ta’ April.

Is-semifinali jintlagħbu fit-30 ta’ April u s-7 ta’ Mejju.

Il-finali tintlagħab fl-1 ta’ Ġunju f’Madrid.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA tas-sena 2023. Konfermat l-interess miż-żewġ Federazzjonijiet tal-Football Koreani sabiex jospitaw flimkien din l-edizzjoni. Dan kien konfermat mil-FIFA hekk kif b’kollox kien hemm disa’ pajjiżi li urew…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo reġa’ ssejjaħ mat-team Nazzjonali tal-Portugal sabiex jilgħab fiż-żewġ logħbiet ta’ Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew kontra l-Ukrajna u s-Serbja rispettivament. Il-player ta’ 34 sena sa issa lagħab 154…

Futbol internazzjonali

Id-derby Grieg bejn Panathinaikos u Olympiakos spiċċa abbandunat wara nkwiet kbir li nqala’ fil-grawnd fit-tieni taqsima. Il-qiegħa kienet taħraq sew sa minn qabel beda l-konfront u wara biss 4 minuti,…

Aktar