Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Leipzig jegħlbu lil Atletico Madrid u jikkwalifikaw għas-semifinali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali.

Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo.

Madankollu l-Ispanjoli għamlu l-iskor indaqs minn penalty ta’ Joao Felix fil-71 minuta.

Iżda l-Ġermaniżi komplew ikunu l-aħjar tim fil-pitch u skurjaw il-gowl tar-rebħa żewġ minuti mit-tmiem minn Tyler Adams.

Leipzig jilagħbu fis-semifinali kontra Paris St Germain, it-Tlieta li ġej fid-21.00.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Aktar