Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Manchester United eliminati; Roma fil-Kwarti tal-Finali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2017/18

L-aħħar 16 – Partiti mit-tieni leg.

Manchester United…..1

Sevilla…..………………..2

Wara l-ewwel taqsima li fiha Manchester United kellhom l-aktar mill-pussess tal-ballun iżda l-okkażjonijiet kienu nieqsa fuq iż-żewġ naħat, it-tieni taqsima kienet isbaħ u ħafna aktar muvimentata.

Iżda ħadna sa kwarta mit-tmiem biex assistejna għall-gowls.

Sevilla fil-vantaġġ fl-74 minuta. Pablo Sarabia jgħaddi ballun perfett lil Wissam Ben Yedder li jfajjar xutt sabiħ għar-rokna li jegħleb lil De Gea.

L-anqas nifs u t-tim Spanjol jagħmilhom tnejn u jerġa’ jkun Wissam Ben Yedder li b’daqqa ta’ ras jitfa’ l-ballun fix-xibka.

Manchester United jagħmlu sforz u jiskurjaw il-gowl tat-2-1 fl-84 minuta meta Nemanja Matic tefa’ ballun fin-nofs u Romelu Lukaku kompla għal ġewwa.

Iżda dak kien l-aħħar gowl, tal-partita, kontra kull mistenni, Sevilla kwalifikati, Manchester United eliminati mill-UEFA Champions League wara draw ta’ 0-0 fi Spanja.

Roma….……………..1

Shaktar Donetsk….0

FL-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet dehru jikkontrollaw lil xulxin, bit-tim Taljan xi ftit aktar avventurż, konxju li jrid jiskurja biex jikkwalifika.

Roma marru fil-vantaġġ fl-ewwel azzjoni fit-52 minuta. Kevin Strootman ta pass fit-tul lejn Edin Dzeko li antiċipa l-ħarġa ta’ Pyatov u tefa’ l-ballun warajh fix-xibka.

Gowl li kien biżżejjed biex jikkwalifika lil Roma għall-Kwarti tal-Finali wara t-telfa ta’ 2-1 barra minn darhom fl-Ukrajna.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Riżultati tal-ewwel ġurnata Grupp G Rapid Wien 2 – 0 Spartak Moscow  Hawn Artem Timofeev skorja own goal u Thomas Murg għal 2-0 Villarreal 2 –…

Futbol internazzjonali

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda. Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0….

Futbol internazzjonali

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1. Maradona qal li s’issa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: tibda l-fażi tal-gruppi b’rebħiet tajba għal Inter, Barcelona, u Liverpool: dawn tal-aħħar f’partita ta’ ħames goals f’Anfield. Fil-Giuseppe Meazza Inter dehru resqin lejn diżappunt ieħor wara bidu…

Aktar