Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Mil-lejla jibdew jintlagħbu l-kwartifinali

Atalanta – PSG

Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall.

Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’ rebħiet f’din il-kompetizzjoni, u l-fatt li l-kampjonat tas-Serie A m’ilux li spiċċa, jaf jagħtihom xi ftit aktar vantaġġ fuq l-avversarji. Min-naħa l-oħra, iċ-champions ta’ Franza ilhom weqfin minn Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-Covid-19, ħlief għall-finali tat-Tazza Franċiża ftit tal-jiem ilu.

Paris Saint-Germain kienu sejrin tajjeb f’din il-kompetizzjoni qabel ma twaqqaf kollox minħabba l-pandemija, u mill-aħħar tmien logħbiet fiċ-Champions League huma rebħu sitta.

Għal-logħba tal-lejla ż-żewġ naħat għandhom xi plejers neqsin. Atalanta ser ikunu mingħajr Gollini, Ilicic u Palomino li kollha jinsabu mweġġa’, filwaqt li PSG mhux ser ikunu jistgħu jutilizzaw lil Kurzawa u Verratti għax għandhom injury filwaqt li Di Maria jinsab sospiż. Probabbli lanqas Kylian Mbappe mhu ser ikun utilizzat wara li weġġa’ fit-Tazza Franċiża.

Il-logħba tal-lejla ser tkun ikkontrollata mir-referee Anthony Taylor u tibda fid-21:00.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid. Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola. Suarez u t-tielet l-aħjar…

Arturo Vidal huwa uffiċjalment plejer ta’ Inter hekk kif il-klabb Taljan laħaq ftehim ma’ Barcelona dwar il-plejer Ċilen. L-aħbar għamluha uffiċjali ż-żewġ klabbs. Inter ħallsu miljun ewro biex iffirmaw lill-midfielder…

Aktar