Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Possibbiltà li l-finali titmexxa fl-Ingilterra

Jeżistu dubji kbar dwar kemm il-finali tal-UEFA Champions League ta’ dan ix-xahar tista’ ssir f’Istanbul.

Manchester City u Chelsea qed jistennew risposta difenittiva wara li l-Gvern Ingliż poġġa lit-Turkija bħalha pajjiż ta’ ‘żona aħmar’ minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-Ministru tat-Trasport Ingliż, Grant Shapps, qal li l-ivjaġġar għal pajjiżi li huma ‘żona ħamra’ mhu permess għal ħadd u kull min jivjaġġa u jerġa lura jrid iħallas pagament obbligatorju taż-żmien ta’ kwarantina tal-lukandi.

Shapps tefa’ possibbiltà li l-finali tal-UEFA Champions League tintlagħab fl-Ingilterra u qal li l-Gvern Ingliż se jkun qed jitkellem mal-UEFA u jgħin f’din il-possibbiltà.

Il-UEFA qalet li se tieħu ftit ħin biex tiddiskuti d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż.

Fl-aħħar ġimgħat, it-Turkija telgħet fir-raba’ post globalment ta’ każi allarmanti ta’ COVID-19.

Miktub minn...
TVM Sport