Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: PSG iġibu fix-xejn lil Real Madrid, draw bejn Atlético u Juventus fost l-oħrajn

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20

Match Day 1

GRUPP A

Club Brugge 0  Galatasary 0

Fil-Jan Breydel Stadium ta’ Brugge, it-tim Belġjan u Galatasary ħadu punt kull wieħed fl-ewwel logħba tal-grupp meta spiċċaw 0-0. Logħba bla wisq azzjonijiet fejn iż-żewġ goalkeepers ma tantx kellhom x’jagħmlu matul id-90 minuta.

 

PSG 3  Real Madrid 0

Fil-Le Parc de Princes, PSG fetħu l-impenji tagħhom fiċ-Champions League b’rebħa meta għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 3-0. Doppjetta ta’ Di Maria fl-ewwel taqsima wittiet it-triq għar-rebħa tal-Pariġini li wara d-draw fil-logħba li ntlagħbet aktar kmieni huma telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika. Il-gowls ta’ Di Maria waslu mal-kwarta logħob u fit-33 minuta. Il-problemi għall-Madrileni komplew joħorġu fid-dieher fl-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari meta Meunier sab ix-xibka biex skorja t-tielet għal PSG.

 

GRUPP B

Olympiacos 2  Tottenham H. 2

Tottenham Hotspur tilfu vantaġġ ta’ żewġ gowls biex spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Olympiacos. Fil-Greċja l-Ispurs dehru li se jieħdu rebħa fl-ewwel logħba tal-grupp wara li Harry Kane skorja penalty fis-26 minuta u Lucas irdoppja man-nofs siegħa logħob. Olympiacos naqqsu d-distakk eżatt qabel il-mistrieħ b’gowl ta’ Podence u fit-tieni taqsima l-Griegi għamlu l-iskor indaqs. Kien Valbuena li mill-11-il metru ma żbaljax biex għamel ir-riżultat finali 2-2.

 

Bayern Munich 3  Crvena Zvezda 0

Fil-Ġermanja Bayern Munich ħadu rebħa fl-ewwel logħba fil-grupp meta għelbu lil Crvena Zvezda bl-iskor ta’ 3-0. Gowl fl-ewwel taqsima għal Bayern minn Coman fl-34 minuta, imbagħad Lewandowski fit-80 minuta sab ix-xibka biex għamilhom 2-0. Mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari Muller skorja t-tielet biex il-Ġermaniżi ħadu rebħa importanti.

 

GRUPP Ċ

Dinamo Zagreb 4  Atalanta 0

Bidu tajjeb għal Dinamo Zagreb f’darhom meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 4-0. Appena għaddew 10 minuti l-Kroati marru fil-vantaġġ meta Leovac sab ix-xibka. Man-nofs siegħa logħob Orsic irdoppja u fit-42 minuta l-istess plejer skorja t-tieni għalih personali u t-tielet għal Dinamo Zagreb. Fit-68 minuta għal darb’oħra Orsic li did-darba skorja l-hat-trick biex prattikament għalaq il-logħba 20 minuta minn tmiem il-logħba.

 

Shakhtar Donetsk 0  Manchester City 3

Fl-Ukrajna, Manchester City ħarġu rebbieħa barra minn dahrhom għand Shakhtar Donetsk bl-iskor ta’ 3-0. Mahrez poġġa lis-City minn fuq fl-14-il minuta, b’Gundogan jiskorja t-tieni fit-38 minuta. Kwarta mit-tmiem kien Gabriel Jesus li sab ix-xibka biex b’hekk skorja t-tielet u serraħ ras il-manager Pep Guardiola mit-tliet punti.

 

GRUPP D

Bayer Leverkusen 1  Lokomotiv Moscow 2

Fil-BayArena ta’ Leverkusen, Lokomotiv Moscow ħarġu rebbieħa barra minn dahrhom biex bdew tajjeb f’din il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Ir-Russi marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta permezz tal-gowl ta’ Krychowiak, vantaġġ li żammewh 9 minuti biss sakemm Howedes tefa’ fix-xibka tiegħu stess biex l-iskor sar 1-1. Lokomotiv Moscow xorta waħda rnexxilhom jerġgħu jmorru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-logħba meta Barinov sab ix-xibka fis-37 minuta.

 

Atlético Madrid 2  Juventus 2

B’erba’ gowls jiġu skurjati fit-tieni taqsima, Atlético u Juventus skurjaw tnejn kull wieħed biex ħadu punt minn din l-ewwel logħba tal-grupp. Kien Cuadrado li fetaħ l-iskor appena 3 minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, imbagħad Matuidi rdoppja fil-65 minuta b’daqqa ta’ ras għal Juventus. Atlético naqqsu d-distakk fis-70 minuta b’gowl ta’ Savic u saħansitra rnexxilhom anke jagħmlu l-iskor indaqs fid-90 minuta meta mill-corner Hector Herrera bir-ras tefa’ fix-xibka u għamilhom 2-2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Aħbarijiet sbieħ għall-futbol tan-nisa meta għal-logħba bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja, għall-ewwel darba fl-istorja, Wembley Stadium huwa mibjugħ kollu. L-attendenza għal-logħba ta’ ħbiberija bejn dawn iż-żewġ timijiet Ewropej ser tkun aktar…

Futbol internazzjonali

La Liga talbu lill-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol sabiex l-El Clasico li għandu jintlagħab dan ix-xahar jiċċaqlaq u jintlagħab f’Madrid minflok f’Barcelona. Dan wara l-protesti kbar u t-tensjoni dejjem tikber fil-Katalunja. Nhar…

Futbol internazzjonali

Il-President Bulgaru Rumen Radev tkellem dwar dak li seħħ li għadda fil-Bulgarija waqt il-logħba kontra l-Ingilterra nhar it-Tnejn li għadda. L-Ingilterra taw l-akbar telfa lill-Bulgarija f’darhom, meta rebħulhom bl-iskor kbir…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Taljan ta’ Lazio ġie ordnat jagħlaq erba’ sezzjonijiet ta’ Stadio Olimpico għall-partita li jmiss mill-UEFA Europa League kontra Celtic. Dan wara li fl-partita kontra Rennes, il-partitarji tal-klabb Taljan kantaw…

Aktar