Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Tibda l-istennija għall-finali

Kif tafu il-finali tal-Uefa Champions League din is-sena se jkun bejn iż-żewġ timijiet Ingliżi, Liverpool u Tottenham, wara li t-tnejn li huma wettqu kważi l-impossibli b’rebħiet fit-tieni legs tas-semi-finali kontra Barcelona u Ajax rispettivament.

Il-finali se tintlagħab nhar is-Sibt l-1 ta’ Ġunju 2019 fil-Wanda Metropolitano Stadium f’Madrid fi Spanja, li huwa l-home grawnd ta’ Atletico Madrid. Għal Tottenham din se tkun l-ewwel darba li waslu sal-finali tal-ogħla kompetizzjoni Ewropeja għall-klabbs. Minn naħa l-oħra għal Liverpool, ħames darbiet champions Ewropej, din se tkun it-tieni sena nfila li telgħu sal-finali taċ-Champions League. Is-sena l-oħra kienu tilfu kontra r-rebbieħa, Real Madrid, 3-1 fi Kiev, fl-Ukrajna.

Dis-sena se tkun ukoll is-seba’ darba li fil-finali telgħu żewġ timijiet mill-istess pajjiż; it-tieni darba li t-tnejn huma klabbs Ingliżi (l-ewwel darba kien fl-2008 meta Manchester Utd kienu għelbu lil Chelsea) u l-ewwel finali mill-2013 li mhux se tintrebaħ minn klabb Spanjol.

Dis-sena fil-finali se jitħalla jintuża r-raba’ sostitut waqt il-ħin barrani u anke n-numru ta’ sostituti se jiżdied minn sebgħa għal tnax. Il-partita se tibda fid-9.00pm u mhux aktar fit-8.45pm. Dis-sena l-finali se tkun ukoll l-ewwel darba li fiha se tintuża l-VAR (jew aħjar il-video assistant referee).

Bħas-soltu r-rebbieħa tal-Uefa Champions League jidħlu b’mod awtomatiku fil-fażi tal-gruppi tal-kompetizzjoni tal-istaġun li ġej, 2019-20. Pero minħabba li kemm Liverpool kif ukoll Tottenham ikkwalifikaw permezz tal-pożizzjoni finali tagħhom fil-Premier League Ingliż, il-post li kien riservat għar-rebbieħ tal-kompetizzjoni issa se jmur għand iċ-champions Awstrijaċi, billi l-Awstrija hija l-assoċjazzoni li kklasifikat fil-11-il post tar-rankings.

Din il-finali se tkun il-ħames waħda li se ssir f’Madrid. L-erbgħa ta’ qabel kollha ntlagħbu fis-Santiago Bernabeu ta’ Real Madrid fl-1957, fl-1969, fl-1980 u fl-2010. L-istadium Metropolitano kienu sarulu tiswijiet kbar li tlestew f’Settembru tal-2017 u jasa’ 63,500 ruħ.

Kull klabb se jingħata 17-il elf biljett kull wieħed, waqt li 4 t’elef biljett ieħor se jingħataw lil pubbliku in ġenerali, waqt li l-25,500 biljett li jifdal ser jitqassmu lill-kumitat lokali organizzattiv, lill-UEFA u l-assoċċjazzjonijiet nazzjonali, sieħba kummerċjali u xandara.

Liverpool huma l-favoriti li jirbħu t-Tazza u skont l-aħħar prezzijiet huma kkwotati 1/2 kontra s-6/4 ta’ Tottenham.

Minn dawn il-paġni se nibqgħu inżommukom aġġornati bl-aħħar aħbarijiet, b’fatti u kurżitajiet qabel din il-finali tant mistennija.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar