Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Tottenham jirkupraw żewġ gowls żvantaġġ, faċli għal Manchester City

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2017/18 – L-aħħar 16

Juventus…..2

Tottenham..2

Fl-Allianz Stadium ta’ Turin, Juventus kellhom bidu mill-aqwa meta f’inqas minn żewġ minuti marru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Pjanic fil-kaxxa sab lil Gonzalo Higuain li b’xutt bid-dawra ħasad għal kollox lid-difiża ta’ Tottenham u lill-gowlkiper Lloris u ta vantaġġ kmieni lill-Bianconeri.

Fit-tmien minuta, Juventus iżidu gowl ieħor. Bernardeschi jirċievi ballun tajjeb fil-kaxxa u Ben Davies ikun tard fit-tackle tiegħu u r-referee Ġermaniż Felix Brych ma jaħsibix darbtejn biex isaffar penalty. Gonzalo Higuain mill-11-il metru ma jfallix u jirdoppja għal Juventus.

Tottenham ħadu l-kmand tal-pussess tal-ballun u ħarġu fuq l-offensiva u rnexxielhom jiskurjaw gowl lura fil-35 minuta. Delle Alli b’pass fit-tul lejn Harry Kane li fuq il-ġirja jaqbeż lill-gowlkiper Buffon u tefa’ fix-xibka.

Juventus ġiehom ċans tajjeb li jiskurjaw gowl ieħor eżatt qabel il-mistrieħ. Azzjoni personali ta’ Douglas Costa li ħarab lid-difiża tat-tim ta’ Londra u twaqqa’ fil-kaxxa minn Aurier. Ir-referee jordna penalty ieħor li tah Higuain iżda x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda u ċ-ċans jinħela.

Fit-tieni taqsima l-partita kienet waħda bilanċjata iżda Tottenham jirnexxielhom iġibu l-gowl tad-draw minn freekick ta’ Cristian Eriksen fit-72 minuta.

Tottenham jibdew b’sieq vantaġġ fil-partita ta’ ritorn f’Wembley Stadium fis-7 ta’ Marzu.

Basel…………………..0

Manchester City……4

L-ebda problema għal Manchester City li fl-ewwel leg fis-St Jakob Stadium ta’ Basel iwarbu kompletament l-isfida tat-tim Żvizzeru.

Is-City fil-vantaġġ fl-14-il minuta meta corner ta’ De Bruyne ġie eżatt fuq ras Gundogan li tefa’ fix-xibka.

It-tim Ingliż jibqa’ fil-kmand tal-partita u jirdoppa fit-18-il minuta. Kien cross ta’ Raheem Sterling lejn Bernardo Silva li sab ix-xibka u għamilhom 2-0.

Manchester City iżidu ieħor b’xutt ta’ Sergio Aguero fit-23 minuta.

Fit-tieni taqsima kompla d-dominju ta’ Manchester City li jiskurjaw gowl ieħor fit-53 minuta għal darb’oħra minn Kundogan.

L-Ingliżi aktar minn ċerti mill-kwalifikazzjoni għall-partita ta’ ritorn fl-Ingilterra fis-7 ta’ Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Futbol internazzjonali

It-tim ta’ Barcelona ħabbru li ffirmaw lil Kevin-Prince Boateng mingħand it-tim ta’ Sassuolo. Għalissa t-tim Katalan ħa lill-plejer Boateng b’self sa tmiem l-istaġun, imma jistgħu jagħmlu t-trasferiment permanenti għal €8…

Futbol internazzjonali

Fil-logħba li biha ngħalqet l-20 ġurnata tas-Serie A fl-Italja, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk s’issa huma rebħu 18-il logħba u ġew dro tnejn f’dan l-istaġun. It-tim t’Allegri…

Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet iktar kmieni, Milan barra minn darhom għelbu lil Genoa bi skor ta’ 2-0. Borini fetaħ l-iskor fit-72 minuta u Suso rdoppja fit-83 minuta. Illejla, fit-20.30, Juventus jilqgħu…

Aktar