Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Tottenham jitilfu f’darhom; wirja kbira minn Atalanta

UEFA Champions League: Żewġ partiti oħra mill-ewwel leg tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni.

Tottenham….0

Leipzig………..1

Rebħa importanti għal Leipzig li barra minn darhom għelbu lil Tottenham Hotspur f’Londra bi skor ta’ 1-0. Riżultat li jpoġġihom favoriti li jikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali.

Il-Ġermaniżi bdew l-aħjar tim u wara żewġ minuti laqtu l-lasti minn xutt mill-viċin ta’ Angelino.

Fit-8 minuta kellna save tajjeb tal-gowlkiper ta’ Leipzig fuq xutt ta’ Steven Bergwijn.

Fis-17-il minuta daqqa ta’ ras ta’ Patrick Schick għal Leipzig tispiċċa ftit barra.

Fil-35 minuta save tajjeb ta’ lloris fuq Timo Werner.

Fis-56 minuta, Ben Davies iwaqqa’ fil-kaxxa lil Laimer u mill-11-il metru Timo Werner ma żbaljax. Leipzig fil-vantaġġ.

Fit-62 minuta, azzjoni ta’ kontrattakk għal Leipzig iżda jkun Lloris li jsalva kollox hekk kif laqa’ ballun impossibbli minn taħtu wara xutt ta’ Shick.

Fit-72, freekick għal Tottenham mogħti minn Lo Celso, laqa’ l-gowlkiper ta’ leipzig mgħejjun mil-lasti.

Atalanta…….4

Valencia…….1

Wirja kbira minn Atalanta li fi Stadio San Siro għelbu lil Valencia bi skor ta’ 4-1. Il-Bergamaschi superjuri f’kull settur u ddominaw il-partita.

It-Taljani bdew l-aħjar. Fid-9 minuta kellna xutt ta’ pasalic li laqa’ Domenech.

Atalanta fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta minn cross ta’ Gomez, kien il-plejer Hans Hateobor li antiċipa qabel kulħadd u tefa’ fix-xibka wara l-gowlkiper ta’ Valencia.

Atalanta rduppjaw fit-42 minuta. Pass ta’ Pasalic lil Ilicic li kkontrolla tajjeb minn barra l-kaxxa u spara fis-saqaf tax-xibka.

Atalanta jagħmluhom tlieta fis-57 minuta minn xutt mill-bogħod ta’ Freuler.

Jgħaddu ħames minuti u t-Taljani jiskurjaw ir-raba’ gowl minn xut mill-viċin ta’ Hateboer.

Valencia jnaqqsu d-distakk fis-66 minuta minn xutt minn barra l-kaxxa ta’ Denis Cheryshev.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fir-Russja l-player ta’ Zenit St Petersburg Malcom irċieva l-unur tal-player tax-xahar għal Marzu permezz tad-drone li wassallu t-trofew dirattament fit-tieqa tal-appartament tiegħu. Malcom kellu injury twila li ħallietu barra mill-kampjonat…

Futbol internazzjonali

Fi Spanja, kriżi fl-amministrazzjoni tal-Club ta’ Barcelona. Dalgħodu permezz ta’ ittra pubblika sitt membri tal-Board tal-Club irriżenjaw wara li huma għamlu żewġ akkużi fil-konfront tal-President Josep Maria Bartomeu. Is-sitt membri…

Futbol internazzjonali

Żvolta interessanti fuq l-aħħar direttiva tal-FIFA dwar dawk il-players professjonali li se jkollhom il-kuntratt tagħhom li se jiġi fi tmiemhu fi tmiem dan l-istaġun. Il-FIFA ftit tal-jiem ilu qalet li…

COVID-19 Sports

L-ex plejer ta’ Liverpool Jamie Carragher, ingħaqad mal-ex stilel ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs, f’messaġġi t’inkoraġġiment għal pajjiżna fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Flimkien ma’ maltatogether.com, l-ex plejers qegħdin…

Aktar