Futbol internazzjonali
UEFA Conference League; kompetizzjoni ġdida mill-istaġun 2021/22

Il-UEFA se tkun qed tibda torganizza kompetizzjoni ġdida fuq bażi ta’ Club bl-isem ta’ UEFA Conference League. Din se tkun kompetizzjoni li se tibda mill-istaġun 2021/22 bil-parteċipazzjoni kull staġun ta’ xejn inqas minn 184 tim li se jkunu ġejjin wieħed minn kull 55 Assoċjazzjoni ewropeja u 46 tim li jiġu trasferiti mill-UEFA Champions League jew mill-Europa League. Wara l-fażi ta’ kwalifikazzjoni jkun hemm il-fażi tal-gruppi bi 32 tim li se jkunu mqassam hekk:

17 -il tim li jikkwalifikaw mill-UEFA Europa Conference League main path
5 tims li jikkwalifikaw mill-UEFA Europa Conference League champions path u
10 tims li jkunu eliminati mill-UEFA Europa League ‘play-offs’

L-ewwel finali ta’ din il-kompetizzjoni se ssir fil-25 ta’ Mejju fin-National Arena, ta’ Tirana l-Albanija.

It-Tnedija ta’ din il-kompetizzjoni saret illum waqt laqgħa virtwali tal-kumitat Eżekuttiv tal-UEFA.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.