Euro2020
Euro 2020 Grupp F: Ġermanja jitkaxkru għall-fażi li jmiss u issa kontra l-Ingilterra

UEFA Euro 2020

Grupp F

Fi Munich: Ġermanja – Ungerija 2-2

Ingilterra kontra Ġermanja fil-fażi tas-Sittax, Grupp F jintemm bil-Ġermanja fit-tieni post wara li ġew miżmuma 2-2 fi Munich mill-Ungerija sfortunati iżda eliminati.

Ungerija fil-vantaġġ fil-ħdax-il minuta bi ġmiel ta’ daqqa ta’ ras ta’ Adam Szalai, l-gowlkiper Manuel Neuer megħlub.

Tieni taqsima, wieħed u sittin minuta frikik ta’ Roland Sallai minn posizzjoni angolata ballun mal-lasta.

Draw Ġermaniż fis-sitta u sittin minuta, wara frikik minn fuq il-lemin, ħarġa ħażina tal-gowlkiper Ungeriż Peter Gulacsi, approfitta l-attakkant ta’ Chelsea Kai Havertz li minn żewġ passi ddepożita l-ballun f’lasta vojta.

Ħarġuha l-Ungerija u minnufih reġgħu marru fil-vantaġġ meta daħal bħal vleġġa minn bejn il-linji tad-difiża Ġermaniża Andras Schafer, li bir-ras kompla l-ballun fix-xibka wara l-gowlkiper Neuer.

Draw ta’ 2-2 fl-erbgħa u tmenin minuta, pressjoni inċessanti mill-Ġermanja tħalli l-frott b’xutt fil-baxx ta’ Leon Goretzka, skor finali, Ġermanja tnejn, Ungerija tnejn.

11′ Adam Szalai 0-1

66′ Kai Havertz 1-1

68′ Andras Schafer 1-2

84′ Leon Goretzka 2-2

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.