Futbol internazzjonali
UEFA Euro 2020: Arrestati sitt persuni b’relazzjoni mal-korijiet razzisti fil-logħba bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra

Il-President Bulgaru Rumen Radev tkellem dwar dak li seħħ li għadda fil-Bulgarija waqt il-logħba kontra l-Ingilterra nhar it-Tnejn li għadda. L-Ingilterra taw l-akbar telfa lill-Bulgarija f’darhom, meta rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 6-0, bil-logħba tkun imtappna minn sezzjoni ta’ partitarji Bulgari li bdew jagħmlu ħsejjes razzisti u mossi Nażisti. Matul il-ġurnata tal-Erbgħa, il-pulizija Bulgara qalet li arrestat sitt persuni b’konnessjoni ma’ dan il-każ, u jidher li ser isiru aktar arresti matul il-jiem li ġejjin.

Skont il-President Radev, il-Bulgarija kienet altru milli pro-Nażista, għaliex anke matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Bulgari kienu pproteġew lil-Lhud mill-gvernijiet faxxisti ta’ dak iż-żmien. Għamilha ċara li l-pajjiż ser jagħmel dak kollu possibbli sabiex jiġġieled lill-hooligans li qegħdin jagħmlu tant ħsara lill-futbol Bulgaru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant Spanjol David VIlla illum ħabbar li se jirtira mill-futbol professjonali hekk kif jintemm il-kampjonat Ġappuniż fejn qed jilgħab fil-preżent. David Villa hu l-aktar plejer li skurja gowls fl-Istorja tat-tim…

Futbol internazzjonali

It-tim nazzjonali tal-Ingilterra se jkun qed jikteb parti mill-Istorja tal-futbol meta fil-partita ta’ għada kontra l-Montenegro f’Wembley se jkun qed jilgħab l-1000 partita fl-Istorja. L-ewwel partita fl-Istorja tat-tim nazzjonali Ingliż…

Futbol internazzjonali

Il-player ta’ Real Madrid Luka Modric ingħata l-unur taż-żarbun tad-deheb għas-sena 2019 waqt ċerimonja li saret il-bieraħ f’Monaco. Il-player Kroat qal li kien kburi li rċieva dan l-unur li ilu…

Aktar