Euro2020
UEFA Euro 2020 Grupp A: Doppjetta ta’ Shaqiri f’rebħa Żvizzera fuq it-Turkija

UEFA Euro 2020

Grupp A

F’Baku, Żvizzera – Turkija 3-1

69′ 

L-Iżvizzera għelbu lit-Turkija 3-1 iżda minkejja r-rebħa xorta waħda spiċċaw fit-tielet post fil-gruppu issa jittamaw li jkunu fost l-erbgħa li jagħmluha għat-tieni rawnd. Għat-Turkija riżultat ieħor negattiv fejn itemmu l-Euro 2020 mingħajr l-ebda punt.

Bidu mill-aqwa għall-Iżvizzera li wara sitt minuti marru fil-vantaġġ b’xutt fil-baxx ta’ Seferovic  li spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Ir-reazzjoni Torka ma waslitx u fis-26 minuta l-Iżvizzera skorjaw it-tieni gowl meta Shaqiri skorja m ill-isbaħ b’xutt minn distanza notevoli. Tliet minuti wara f’azzjoni ta’ kontrattakk reġa’ kien Shaqiri li għal ftit ma skorjax it-tielet gowl iżda kien imċaħħad mill-goalkeeper  Cakir.

Fit-33 minuta risposta tat-Torok b’xutt sabiħ ta’ Muldur salvat minn Sommer u żewġ minuti mill-intervall azzjoni oħra ta’ Muldur li daħal fil-kaxxa iżda għal darb’oħra kien imċaħħad minn Sommer.

Fit-53 minuta xutt ta’ Embolo salvat bi bravura minn cakir u ftit wara Shaqiri jmur qrib iżda l-ballun mar ftit għoli. Fit-62 minuta Turkija mill-ġdid fil-logħba b’gowl sabiħ ta’ Irfan Kahveci.

Iżda sitt minuti wara l-Iżvizzera reġgħu bnew vantaġġ ta’ żewġ  gowls meta Shaqiri rċieva mingħand Zuber u spara fis-saqaf tax-xibka. Fis-77 minuta Żvizzera viċin ir-raba’ gowl bi freekick ta’ Xhaka jaħbat mal-lasta.

Skor finali Żvizzera 3 Turkija 1

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.