Euro2020
UEFA Euro 2020 Grupp Ċ: L-Awstrija tikkwalifika mal-aħħar 16

Grupp Ċ

F’Bukarest:  Ukrajna – Awstrija 0-1

 

L-Awstrija kisbu post fir-rawnd li jmiss tal-Euro 2020 dan wara li huma għelbu lill-Ukrajna b’gowl uniku skurjat fl-ewwel taqsima. Huma kien dominanti fl-ewwel taqsima biex fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta kkontrollaw lill-avversarji.

Fil-21 minuta huma fetħu l-iskor minn Christoph Baumgartner. Biex żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima ċans tad-deheb li jirduppjaw meta Alessandro Schoepf sab lil Arnautovic bl-attakkant Awstrijak inkredibilment jikkonkludi barra.

L-Awstrija issa tilgħab nhar is-Sibt li ġej f’Wembley Stadium kontra l-Italja.

 

Riżultat finali: Ukrajna – Awstrija 0-1

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League