Euro2020
UEFA Euro 2020 Grupp Ċ: Rebħa konvinċenti għall-Olanda

UEFA Euro 2020

Grupp Ċ

F’Amsterdam: Maċedonja ta’ Fuq – Olanda 0-3

Rebħa faċli għall-Olanda li kkonfermaw il-mument tajjeb dan meta għelbu lilll-Maċedonja ta’ Fuq bl-iskor ta’ 3-0.

Kienu l-Maċedonja ta’ Fuq li kellhom l-ewwel ċans hekk kif fit-22 minuta xutt minn Aleksandar Trajkovski ħabat mal-lasta. Iżda l-Olanda fetħu l-iskor tlett minuti wara b’Malen isib lil Memphis Depay li minn quddiem il-lasta ma’ falliex. Man-nofs siegħa logħob f’kontrattakk Olandiż Dumfries ra x-xutt tiegħu mblukkat mill-gowlkeeper avversarju.

Fit-tieni taqsima l-Olanda kienu dominanti fejn fil-50 minuta rduppjaw minn Wijnaldum. Biex tmien minuti wara l-istess player skorja t-tieni gowl personali u t-tielet għat-tim tiegħu.

L-Olanda issa tistenna li tkun taf l-avversarji fir-rawnd li jmiss meta jridu jilgħabu kontra wieħed mit-timijiet li jispiċċa t-tielet.

Riżultat finali: Maċedonja ta’ Fuq – Olanda 0-3

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.