Euro2020
UEFA Euro 2020 Grupp E: Rebħa kbira u kwalifikazzjoni għal Spanja

UEFA Euro 2020

Grupp E

F’Sevilla: Slovakkja – Spanja 0-5

Spanja mal-aħħar sittax, literallment infetħu l-Erbgħa b’rebħa kbira 5-0 f’darhom fuq is-Slovakkja eliminati.

Spanja b’ċans kmieni li jmorru fil-vantaġġ iżda l-gowlkiper Martin Dubravka salva tajjeb il-penalty ta’ Alvaro Morata, biex fit-tletin minuta l-istess gowlkiper ta’ Newcastle bi żball oħxon tefa fix-xibka tiegħu stess imfixxkel mix-xemx biex Spanja marru fil-vantaġġ man-nofs siegħa logħob.

Irduppjaw fil-ħin miżjud qabel l-intervall meta minn assist ta’ Moreno, kien Aymeric Laporte li b’elevazzjoni perfetta għola fuq kulħadd u bir-ras tefa fix-xibka wara l-gowlkiper Dubravka.

Tieni taqsima l-istess storja, Spanja dominanti, sitta u ħamsin minuta kross ta’ Jordi Alba kien Pablo Sarabia li b’first-timer bid-dawra għamel l-iskor 3-0, r-raba’ wieħed fis-sebgħa u sittin minuta meta pass preċiż ta’ Pablo Sarabia, back heel eleganti ta’ plejer ieħor ta’ Manchester City, Ferran Torres, jagħmel l-iskor 4-0.

Ħamsa fil-wieħed u sebgħin minuta meta wara azzjoni konfuża kien Juraj Kucka li tefa’ fix-xibka tiegħu stess, għal skor finali, Spanja ħamsa, Slovakkja xejn.

30′ Martin Dubravka og 0-1

45′ +3 Aymeric Laporte 0-2

56′ Pablo Sarabia 0-3

67′ Ferran Torres 0-4

71′ Juraj Kucka 0-5

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.