Euro2020
UEFA Euro 2020: Il-President Franċiż iżur it-tim

Il- President Franciz Emmanuel Macron żar lit-tim nazzjonali aktar kmieni llum waqt kamp ta’ taħriġ li għaddejjin bih bħalissa il- plejers ftit ‘l barra minn Parigi, hekk kif ninsabu  ġurnata biss bogħod mill-ftuħ uffiċċjali tal- Euro 2020.

Macron sellem lil plejers kollha inkluż l-istilla Kylian Mbappe u l-attakkant ta’ Real Madrid Karim Benzema li ġie mgħajjat wara assenza ta’ aktar minn ħames snin. Waqt il-mawra tiegħu huwa feraħ lil N’golo Kante li flimkien ma Olivier Giroud rebaħ ic-Champions League ma Chelsea.

It-tim Franċiz huwa wieħed mill-favoriti li jirbħu dan it-turnament wara li għamlu tagħhom it-Tazza tad-Dinja fl-elfejn u tmintax.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.