Euro2020
UEFA EURO 2020 – Ir-Re Philippe jżur lit-tim nazzjonali Belġjan

Ir-Re Philippe tal-Belġju ltaqa’ mal-iskwadra Belġjana matul il-ġurnata tal-Ħamis, qabel mas-Sibt jibdew jilagħbu fl-EURO 2020 kontra r-Russja.

Il-captain Belġjan Eden Hazard introduċa lir-Re Philippe mal-iskwadra fil-bażi ta’ taħriġ f’Tubize, qrib Brussell. Matul iż-żjara, il-kowċ Martinez ippreżenta lir-Re bi flokk tat-tim nazzjonali b’ismu fuqu.

Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, il-plejers Belġjani ser jivvjaġġaw lejn San Pietruburgu biex għada s-Sibt jilagħbu kontra r-Russja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA