Euro2020
UEFA Euro 2020 Kwartifinali: Illejla Ukrajna – Ingilterra

Minn hawn u ftit mumenti oħra fi Stadio Olimpico f’Ruma, tintlagħab l-aħħar kwarti finali tal-Euro 202o hekk kif l-Ingilterra tilgħab kontra l-Ukrajna.

L-Ingilterra ġejja minn rebħa kontra l-Ġermanja li din tista tfisser ukoll moral għoli sabiex jiffaċċjaw il-konfront tal-lum. L-Ingilterra għadu l-unika tim li ma sofriex gowl f’dan it-tournament hekk kif s’issa kiseb tliet rebħiet u draw.

Mill-banda l-oħra l-Ukrajna huwa t-tim sorpriża ta’ din il-kompetizzjoni fejn fir-round tal-aħħar sittax huma eliminaw lill-Iżvezja bl-iskor ta’ 2-1 wara l-ħin barrani bil-gowl tar-rebħa jasal fl-aħħar mument. It-tim Ukren ikkwalifika mill-fażi tal-gruppi bit-tielet post.

Fil-partiti preċidenti bejn dawn iż-żewġ pajjiżi, l-Ingilterra rebħu erba’ filwaqt li l-Ukrajna rebħu partita waħda biss. Żewġ partiti ntemmew fi draw , it-tnejn li huma fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2014.

It-tim Ingliż mistenni jilgħab b’din il-formazzjoni:- Pickford, Walker, Stones, Maguire, Shaw, Phillips, Rice, Sancho, Mount, Sterling, Kane

Ukrajna – Ingilterra diretta fuq tvm2 fid-21:00.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League