UEFA Euro 2020
UEFA EURO 2020 – L-aħħar preparamenti mir-Russja qabel tibda l-edizzjoni fi ftit jiem oħra

Il-kap Russu tal-kumitat organizzativ Alexei Sorokin, qal li r-Russja qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex il-protokolli imposti joffru ambjent sigur għal-logħob li ser jintlagħab fl-istadium ta’ San Pietruburgu.

Sorokin qal li l-protokolli u l-miżuri mhux ser jittieħdu biss fl-istadium, imma anke fil-belt ta’ San Pietruburgu, fejn għamlu ċert li jkun hemm biżżejjed ċentri t’ittestjar għall-Covid-19 sabiex il-partitarji jkunu jistgħu jattendu fihom qabel jidħlu l-grawnd.

Il-Ħamis li għadda ħarġet l-aħbar li r-Russja ser tħalli persuni barranin jidħlu fil-pajjiż mingħajr visa, imma jrid ikollhom biljett ta’ logħba tal-EURO 2020. Fl-istadium ta’ San Pietruburgu ser jiddaħħlu sa 50% ta’ kemm jiflaħ il-grawnd li fih ser jintlagħbu seba’ logħbiet, inkluża kwartifinali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA