Euro2020
UEFA EURO 2020 – Partitarji Ingliżi jistgħu jidħlu f’Wembley mingħajr swab test negattiv…. iżda jridu jkunu mlaqqmin

Partitarji Ingliżi ser ikunu jistgħu jattendu għal-logħob f’Wembley Stadium jekk kemm-il darba jkollhom prova li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 sa ħmistax qabel. Il-UEFA qalet dan matul il-ġurnata tat-Tlieta wara li kien hemm talba minn eluf ta’ partitarji Ingliżi sabiex ma jmorrux jagħmlu swab test jekk kemm-il darba huma mlaqqma.

Spettaturi oħra, minn 11-il sena ‘l fuq li ser jattendu għal-logħob u mhumiex Ingliżi, iridu jipprovdu swab test negattiv meħud sa 48 siegħa qabel il-logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA