Futbol internazzjonali
UEFA Euro 2020: Qiegħda tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni

Bdiet tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, fejn matul il-ġurnata tat-Tnejn intlagħbu b’kollox 12-il logħba. Sorprendentament l-ebda logħba ma spiċċat draw, b’ħames timijiet jirnexxilhom jirbħu barra minn darhom. Prattikament ma kien hemm l-ebda sorpriża b’rebħiet kif kien mistenni għad-Danimarka, l-Ukrajna, Spanja, in-Norveġja u l-Polonja. Ir-riżultati kollha kienu dawn:

GRUPP A

Bulgarija 2 Kosovo 3

Repubblika Ċeka 3 Montenegro 0

GRUPP B

Serbja 4 Litwanja 1

Ukrajna 1 Lussemburgu 0

GRUPP D

Danimarka 5 Ġorġja 1

Irlanda 2 Ġibilità 0

GRUPP F

Gżejjer Faroe 0 Norveġja 2

Malta 0 Rumanija 4

Spanja 3 Żvezja 0

GRUPP G

Maċedonja ta’ Fuq 1 Awstrija 4

Latvja 0 Slovenja 5

Polonja 4 Iżrael 0

Illum tkompli tintlagħab ir-raba’ ġurnata bi programm ta’ 13-il logħba minn ħames gruppi differenti. Il-logħob kollu tal-lejla jibda fid-20:45:

GRUPP Ċ

Belarus – Irlanda ta’ Fuq

Ġermanja – Estonja

GRUPP E

Ażerbajġan – Slovakkja

Ungerija – Wales

GRUPP H

Albanija – Moldova

Andorra – Franza

Iżlanda – Turkija

GRUPP I

Każakstan – San Marino

Belġju – Skozja

Russja – Ċipru

GRUPP J

Greċja – Armenja

Italja – Bożnja-Ħerżegovina

Liechtenstein – Finlandja

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Meta Juventus għadhom lanqas biss ippreżentaw lil Maurizio Sarri bħala l-kowċ il-ġdid lill-media, it-Taljan jidher li diġa’ wera’ x-xewqa tiegħu mad-diriġenti dwar liema plejers jixtieq li jingħaqdu miegħu fil-ġimgħat li…

Futbol internazzjonali

GRUPP B Paragwaj 2 Qatar 2 Il-Qatar kellhom jiġu minn żewġ gowls minn taħt biex ħadu punt kontra l-Paragwaj fl-ewwel logħba minn Grupp B. Il-Paragwaj fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, meta…

Futbol internazzjonali

L-Internazzjoanli Franċiż Paul Pogba ħasad lil kulħadd dalgħodu hekk kif ħarġet intervista li fiha hu qal li jixtieq esperejnza ġdida fil-karriera tiegħu fejn ta’ x’wieħed jifhem li mhux se jkompli…

Futbol internazzjonali

Wara ġimgħat u jiem ta’ spekulazzjoni l-aħbar li Maurizio Sarri se jitlaq lil Chelsea sabiex imexxi lil Juventus kienet ikkonfermata mill-Club ta’ Londra stess. Sarri kien iffirma kuntratt ta’ tliet…

Aktar