Futbol internazzjonali
UEFA Euro 2020: Roberto Martinez isejjaħ l-iskwadra finali tal-Belġju

UEFA Euro 2020. Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Belġju illum ħabbret l-iskwadra finali għall-kampjonat Ewropew li se jibda fil-11 ta’ Ġunju.
Fl-Iskwadra tal-kowċ Roberto Martinez hemm fost oħrajn iż-żewġ goalkeepers Courtois u Mignolet, id-difensuri Alderweireld, Boyota, Vermaelen u Vertonghen. Fost il-midfielders kif mistenni ntgħażlu Carrasco, Hazard, Meunier, De Bruyne, Tielemens u Witsel. Fost l-attakkanti Martinez għażel lil Mertens, Benteke u Romelu Lukaku. Il-player ta’ AC Milan Alexis Saelemaekers tpoġġa fuq il-lista tal-istand by bħal Kaminski, Sambi Lokonga, Heynen, Foket, Januzaj, Mechele, J. Lukaku, Vanheusden, Verschaeren u De Ketelaere.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.