Futbol internazzjonali
UEFA Euro 2021 Nisa: draw għal Malta ma’ Iżrael

Jasal l-ewwel punt għal Malta fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Eurepo 2021 tan-Nisa wara draw ta’ 1-1 ma’ Iżrael fis-Centenary Stadium illejla.

Id-draw jsegwi tliet telfiet fl-ewwel tliet logħbiet tal-grupp: away kontra d-Danimarka u l-Bożnja, u home mal-Italja: bil-punt ċertament meritat għal Malta f’wirja dixxiplinata fid-difiża u avventuruża fl-attakk.

L-ewwel azzjoni Maltija mal-kwarta logħob: Rachel Cuschieri mix-xellug għaddiet lil Dorianne Theuma, li minn qagħda tajba f’nofs il-kaxxa llobjat għoli.

It-tweġiba Iżraeljana waslet b’xutt ta’ Efraim mal-ġenb tax-xibka: imbagħad kienet il-goalkeeper Janice Xuereb li salvat il-lasta tagħha meta ħarġet tajjeb u mblukkat f’saqajn Beck f’kontrattakk 3 ma’ 1 wara żball f’nofs il-ground.

Cuschieri xxuttjat ftit għoli minn freekick minn barra l-kaxxa: u fis-37 minuta Malta fil-vantaġġ: azzjoni mibdija minn Rachel Cuschieri li żmarkat lil Maria Farrugia, bl-attakkanta ta’ Sunderland tidħol fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx titfa’ fir-rokna tax-xibka.

L-ewwel taqsima għalqet 1-0 u fil-bidu tat-tieni waħda l-Maltin darbtejn kellhom fejn jirduppjaw: l-ewwel meta Brenda Borg tefgħet barra wara li evitat lill-goalkeeper: imbagħad l-iskorer Maria Farrugia ġiet  imblukkata fl-aħħar mument minn difensur qabel setgħet tikkonkludi minn taħt il-lasta.

Biex fit-63 minuta Iżrael ġabu d-draw: il-ballun wasal f’tarf il-kaxxa għand Sharon Beck li b’xutt ċentrali għelbet lil Xuereb.

Fl-aħħar parti tal-logħba Iżrael għafsu għar-rebħa: b’Cuschieri ttajjarkwazi minn fuq il-linja u Xuereb tilqa’ tajjeb fuq xutt ta’ Avital.

Fil-ħin miżjud kienu l-Maltin li għal ftit ma skurjawx meta l-corner bid-dawra ta’ Dorianne Theuma għal ftit ma ħasadx lill-goalkeeper Schwarz: imma r-riżultat baqa’ ma nbidilx għal skor finali ta’ Malta 1, Iżrael 1

Nhar it-Tlieta li ġej it-team Malti jmissu partita oħra away kontra l-Italja f’Castel di Sangro, L’Aquila

Il-coach Mark Gatt beda b’din il-formazzjoni:

Janice Xuereb, Emma Lipman, Stefania Farrugia, Dorianne Theuma (captain), Rachel Cuschieri (90′ Martina Borg), Maria Farrugia, Shona Zammit, Jade Flask, Charlene Zammit, Brenda Borg (62′ Ylenia Carabott), Nicole Sciberras

Referee: Aleksandra Cesen (Slovenja)

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib…

Futbol internazzjonali

Leicester City 4   West Ham 1 Leicester City żammew il-pass ma’ Manchester City fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Premier Ingliż meta fil-King Power Stadium għelbu lil West Ham 4-1. Leicester fetħu…

Futbol internazzjonali

Juventus 3   Roma 1 Juventus għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia meta rebħu lil Roma 3-1, bil-plejers Juventini jiskurjaw l-erba’ gowls tal-logħba. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor fis-26 minuta wara li…

Futbol internazzjonali

Il-plejers, managment, staff u partitarji taw tislima lill-plejer Emiliano Sala, f’ċerimonja kommemorattiva, sena mill-mewt tiegħu, fil-Katidral ta’ San David f’Cardiff. Sala kien miet f’inċident traġiku tal-ajru fil-21 ta’ Jannar meta…

Aktar