Futbol lokali
UEFA Euro U19: rebħa mal-Litwanja u t-tielet post fil-grupp għal Malta
MALTA - LITWANJA 2-1

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija.

Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja: wara li kienu l-Litwani li fetħu l-iskor fit-12-il minuta minn Anisas wara li rċieva mingħand Urba. F’nofs l-ewwel taqsima ċans tajjeb għall-Maltin li jġibu d-draw imma Satariano ra l-goalkeeper avversarju jsalva wara li avvanza waħdu. Ftit wara Mbong kien imblukkat qabel seta’ jikkonkludi.

It-taqsima għalqet 1-0 imma ż-żgħażagħ Maltin ħarġu aktar determinati wara l-mistrieħ u bdew joħolqu ċans wara l-ieħor: mhux qabel b’danakollu ssugraw li jaqilgħu t-tieni goal meta Vareika qabeż anke lill-goalkeeper Sylla iżda difensur Malti tajjar il-ballun fil-ħin. Minuta wara wasal id-draw: Carlo Zammit Lonardelli kkrossja minn max-xellug u sab lil Alexander Satariano li antiċipa ‘l kulħadd u tefa’ fix-xibka. Mas-siegħa logħob reġa’ kien Satariano li kellu xutt imblukkat: u ftit wara kien hemm għajta għal penalty f’azzjoni oħra ta’ Malta. Fl-64 minuta l-goal tar-rebħa: Ayrton Attard bi through pass żmarka lil Marcus Grima li bil-kalma kollha ċċippja minn fuq il-goalkeeper. Wara xutt ieħor ta’ Grima li l-goalkeeper Litwan dawwar f’korner: fl-aħħar sekonda tal-ħin miżjud l-aħħar ħasda b’xutt li deher destinat għar-rokna tax-xibka imma ttajjar minn fuq il-linja minn difensur Malti. L-aħħar tisfira tar-referee ġabet ċelebrazzjonijiet kbar mill-players u l-istaff tekniku mmexxi mill-coach Winston Muscat.

Il-grupp intrebaħ minn Franza li dalgħodu ġew draw ta’ 2-2 mal-Belġju biex spiċċaw b’7 punti għall-5 tal-Belġjani, Malta 4 punti, il-Litwanja xejn. Franza u l-Belġju jgħaddu għall-elite round tal-kompetizzjoni: bil-possibilta’ li javvanzaw għall-finali bejn tmien timijiet fl-Armenja f’Lulju tas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ital-futbol tan-nisa, ittella fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2021, li se jsiru fl-Ingilterra. Fil-Grupp ta’ Malta, hemm l-Italja, id-Danimarka, il-Bożnija u Herzegovina, l-Iżrael u l-Ġorġja….

Futbol lokali

Felipe Augusto de Oliveira ta’ Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019. L-attakkant Brażiljan ingħaqad ma’ Kerċem fil-bidu tal-istaġun u minbarra li skorja f’7 partiti minn 11, huwa jgħin…

Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Aktar