Futbol lokali
Uefa Europa Conference League: Gżira United eliminati wara telfa oħra fil-Kroazja

RIJEKA…………..1

GŻIRA UTD……0

(aggregate 3-0)

Gżira United sfaw eliminati mill-Uefa Europa Conference League dan wara li tilfu barra minn darhom kontra Rijeka bl-iskor ta’ 1-0 u b’aggregate ta’ 3-0 dan wara li l-ġimgħa li għaddiet huma kienu tilfu bl-iskor ta’ 2-0 fis-Centenary Stadium.

Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-27 minuta  permezz ta’ Josip Drmic.

B’hekk tintemm l-avventura ta’ tim ieħor Malti fil-kompetizzjonijiet Ewropew fuq livell ta’ klabbs bl-uniku tim li fadal huma Hibernians li l-ġimgħa li ġejja jilgħabu fit-tielet rawnd tal-istess kompetizzjoni kontra t-tim minn Latvja, Riga FC.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League