Futbol internazzjonali
UEFA Europa Conference League: illejla La Fiorita – Birkirkara
Segwi l-partita diretta hawnhekk

Birkirkara llejla jkunu qed jimmiraw għal kwalifikazzjoni għat-2 Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League meta jilagħbu barra minn darhom għand La Fiorita f’San Marino.

Birkirkara jibdew b’vantaġġ minimu ta’ 1-0 mill-ewwel leg fis-Centenary Stadium ġimgħa ilu, bil-goal rebbieħ dakinhar jiskurjah Yannick Yankam. Rebħa jew draw illejla jikkwalifikaw lil Birkirkara: telfa b’distakk ta’ goal wieħed tibgħat il-konfront fl-extra-time u eventwalment penalties: waqt li telfa b’aktar minn goal wieħed tkun tfisser eliminazzjoni għall-Istripes.

Min jgħaddi għat-2 Round imissu kontra Olimpija Llubljana tas-Slovenja.

Il-partita fi Stadio Igor Crescentini tibda fid-20:45 u tista’ tiġi segwita diretta permezz ta’ dan il-link:

https://www.sanmarinortv.sm/programmi/web-tv

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.