Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Ajax – Roma, illejla fid-21.00 fuq TVM2

Illejla jintlagħbu l-ewwel legs tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League. Il-partiti jibdew fid-21.00.

TVM2 ixandar dirett il-partita minn Amsterdam bejn Ajax u Roma.

Minkejja li ż-żewġ naħat ilhom snin jikkompetu fl-Ewropa, bejniethom iltaqgħu darba waħda biss fil-passat li kien fil-fażi tal-gruppi tal-istaġun 2002/03 tal-UEFA Champions League. Ajax kienu rebħu f’darhom bi skor ta’ 2-1 bil-gowls ta’ Zlatan Ibrahimovic u Jari Litmanen u l-parita fl-Olimpico ta’ Ruma kienet intemmet 1-1, bit-tim Taljan dak iż-żmien immexxi minn Fabio Capello.

Ir-referee jkun Sergei Karasev mill-Federazzjoni tar-Russja.

Fl-istess ħin jintlagħbu t-tliet partiti l-oħra mill-istess fażi. Manchester United fi Spanja jilagħbu kontra Granada; Arsenal fl-Emirates ta’ Londra jilqgħu lil Slavia Praga u Dinamo Zagreb jilqgħu f’darhom lil Villareal.

Wara l-partita bejn Ajax u Roma, TVM2 ixandar dirett il-programm UEFA Europa League Highlights bl-azzjonijiet u l-gowls kollha tal-partiti tal-lum.

Miktub minn...
TVM Sport