Futbol lokali
UEFA Europa League: Balzan – Domzale, il-Ħamis fis-18.30, fis-Centenary Stadium

Balzan li kkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej għall-ħames staġun konsekuttiv grazzi għas-suċċess fl-FA Trophy li kien l-ewwel unur ewlieni qatt mirbuħ mill-club: il-Ħamis filgħaxija jiffaċċjaw lil Domzale tas-Slovenja fl-ewwel leg tal-ewwel round preliminari tal-UEFA Europa League.

Avversarji xejn faċli li spiċċaw fit-tielet post fil-kampjonat domestiku u qed jilagħbu fl-Ewropa għas-seba’ sena wara l-oħra. Għall-coach ta’ Balzan Jacques Scerri Domzale jibdew favoriti li jgħaddu r-round: fiduċjuż b’thyanakollu li t-team tiegħu huwa ppreparat tajjeb u kapaċi jqum għall-okkażjoni.

Scerri qal li għal dan l-istaġun Balzan qed iżommu l-bażi tal-iskwadra tas-sena li għaddiet b’xi rtokki: fosthom l-akkwist ta’ erba’ barranin ġodda: bil-mira li jisfidaw għall-postijiet ta’ fuq tal-klassifika. L-iskwadra ġejja minn pre-season propju fis-Slovenja fejn kellha numru ta’ partiti ta’ ħbiberija m’avversarji ta’ kalibru. Għal Scerri ntant l-partita tal-Ħamis għandha sinjifikat partikolari għax tfisser id-debutt tiegħu bħala coach f’kompetizzjoni Ewropeja.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita tkellem ukoll il-President ta’ Balzan Anton Tagliaferro li wera t-tama li t-team ikompli fil-passi pożittivi ta’ Gżira u Valletta biex jieħdu riżultat tajjeb għat-tieni leg fis-Slovenja. Il-captain Steve Bezzina wera rispett għal-livell tal-avversarji imma tenna li Balzan ippreparaw tajjeb. Fuq l-istess nota kkummenta d-direttur sportiv Vladimir Simovic meta sejjaħ lil Domzale wieħed mill-aqwa tlitt timijiet fis-Slovenja imma jemmen li Balzan għandhom ċans.

Il-Ħamis ukoll fis-19.00 intant fil-Belarus, id-debutt anke ta’ Hibernians fl-istaġun ġdid Ewropew meta jilagħbu għand Shakthyor Soligorsk fl-ewwel round tal-Europa League. It-tieni legs jintlagħbu t-tnejn il-Ħamis ta’ wara.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Saru magħrufa l-avversarji possibbli ta’ Valletta u Gżira United jekk dawn javvanzaw fit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-Uefa Champions League u tal-Uefa Europa League rispettivament. Il-Poloz itellgħu f’Nyon. Mill-Uefa Champions League…

Futbol lokali

Ġimgħa mill-iktar impenjattiva għaċ-champions Valletta u t-tim ta’ Gżira United fiż-żewġ partiti li għandhom mill-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League, rispettivament. Wara l-kwalifikazzjoni kontra Dudelange tal-Lussemburgu, Valletta issa jilagħbu…

Aktar