Futbol internazzjonali
UEFA Europa League – Balzan jirbħu l-ewwel leg kontra Kesla 4-1

Balzan b’wirja u riżultat mill-aqwa fl-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni meta f’pajjiżna għelbu lil Kesla tal-Ażerbajġan bl-iskor ta’ 4-1. Balzan fil-vantaġġ mat-12-il minuta b’goal t’Effiong, b’Lecao jiskorja t-tieni mal-21 minuta. Fid-29 minuta Kesla daħlu lura fil-logħba meta Meza mill-11-il metru għamilhom 2-1. Biss Balzan mill-ewwel irnexxielhom jerġgħu jiftħu ż-żewġ goals vantaġġ meta Kaljevic fl-34 minuta tefa’ fix-xibka għal 3-1. Fit-tieni taqsima Balzan baqgħu superjuri u fis-56 minuta għamluhom erbgħa, meta din id-darba, Cadu, li kien involut bl-assists fit-tliet goals l-oħra, mid-distanza skurja r-raba’ fir-rokna tax-xibka.

It-tieni leg tal-ewwel round ta’ din il-kompetizzjoni jintlagħab nhar il-Ħamis 19 ta’ Lulju fis-7pm, bit-tim ta’ Balzan għandhom vantaġġ komdu ħafna li jistgħu jamministrawh sabiex jagħmluha għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Belġju…..1 Malta……1 It-Tim Nazzjonali Malti tal-U19, f’wirja qalbiena, irnexxielu jieħu punt kontra l-qawwa tal-Belġju, meta fis-Centenary Stadium ir-riżultat finali kien dak ta’ 1-1. Din kienet it-tieni logħba għal pajjiżna fit-tournament…

Futbol internazzjonali

Malta……0 Kosovo…5 Fil-ħames logħba minn Grupp 3 ta’ League D tal-UEFA Nations League, it-tim Malti sofra t-tielet telfa f’dan il-grupp meta f’Ta’ Qali l-Kosovo ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0. L-isfortuna…

Futbol internazzjonali

Illejla jitkompla l-logħob tal-UEFA Nations League fejn b’kollox ser jintlagħbu seba’ logħbiet li kollha ser jibdew fid-20:45. Il-logħbiet tal-lejla huma dawn: League A – Grupp 1 20:45  Olanda – Franza…

Futbol internazzjonali

League A – Grupp 2 Belġju 2  Iżlanda 0 Doppjetta ta’ Batshuayi kienet biżżejjed sabiex il-Belġju għelbu lill-Iżlanda bl-iskor ta’ 2-0 fi Brussell. B’din it-telfa l-Iżlanda spiċċaw relegati meta ma ġabru…

Aktar