Futbol internazzjonali
UEFA EUROPA LEAGUE: Celtic, Basel, Seville u Manchester United jikkwalifikaw

Diversi logħbiet mill-Uefa Europa League waslu għal kwalifikazzjoni ta’ erba’ timijiet għar-rawnd li jmiss.

Fi Stadio Olimpico Celtic kisbu rebħa u kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss dan wara li huma għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Lazio li fetħu l-iskor wara 7 minuti minn Ciro Immobile b’Forrest jikseb il-gowl tad-draw fit-38 minuta. Tmiem drammatiku għal din il-logħba hekk kif l-Iskoċċiżi skurjaw il-gowl tar-rebħa fil-ħin mogħti żejjed minn Olivier Ntcham.

Fil-Belġju Standard Liege għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 2-1 biex laħquhom fit-tieni post ta’ Grupp F.  Kien Zino Van Huesden li poġġa lil Liege fil-vantaġġ fis-56 minuta. Iżda disa’ minuti wara Filip Kostic għamel l-iskor 1-1. Mad-disgħin minuta kien Maxime Lestienne li skorja l-gowl tar-rebħa għal Standard Liege.

U fil-Lussemburgu rebħa kbira kisbu l-Ispanjoli ta’ Seville hekk kif huma għelbu lil Dudelange bl-iskor ta’ 5-2.  Għal Seville skurjaw tlett gowls El Haddadi fis-27, 33 u  67 minuta biż-żewġ gowls l-oħra jaslu minn Munas Dabbur fit-18 u 36 minuta. Għal Dudelange żewġ gowls minn Sinani fid-69 u fit-80 minuta.

Rebħa komda u kwalifikazzjoni għal Manchester United meta f’Old Trafford huma għelbu lil Partizan Belgrade bl-iskor ta’ 3-0. Manchester United fetħu l-iskor fit-22 minuta minn Mason Greenwood. Biex ir-Red Devils irduppjaw fit-32 minuta permezz ta’ Anthony Martial wara inċertezza fid-difiża avversarja. Erba’ minuti fit-tieni taqsima Marcus Rashford żied it-tielet gowl għal Manchester United.

Fil-Ġermanja Borussia Moenchengladbach għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 2-1. Borussia fetħu l-iskor għaxar minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta kien auto gowl klassiku ta’ Federico Fazio li fit-tentattiv li jikklerja tefa l-ballun wara Sommer. Fl-64 minuta Federico Fazio patta għaż-żball tal-ewwel taqsima billi kiseb il-gowl tad-draw għal Roma. Fil-ħin mogħti żejjed wasal il-gowl tar-rebħa għal Borussia skurjat minn Marcus Thuram.

F’Ibrox Park Rangers għelbu lil Porto bl-iskor ta’ 2-0. Rangers  skurjaw il-gowl tal-vantaġġ fid-69 minuta  minn Alfredo Morelos. Biex erba’ minuti wara Steven Davis irdoppja.

Rebħa minima għal Wolves fuq  Slovan Bratislava bl-iskor ta’ 1-0. L-Ingliżi kellhom ċans li jmorru fil-vantaġġ meta fil-51 minuta kellhom penalty li iżda Ruben Neves naqas li jiskorja. Biex Raul Jimenez skorja l-gowl deċisiv fid-90 minuta.

Aktar riżultati:-

Apoel Nicosia – Qarabag  2-1

FC Koebenhavn – D. Kiev 1-1

Lugano – Malmoe FF  0-0

Basel – Getafe  2-1

FC Krasnodar – Trabzonspor  3-1

LASK – PSV Eindhoven  4-1

Rosenborg – Sporting CP 0-2

CFR Cluj – Rennes  1-0

Feyenoord – Young Boys 1-1

RCD Espanyol – Ludogorets Razgrad  6-0

Ferencvaros – CSKA Moscow  0-0

Oleksandriya – Saint-Etienne  2-2

Wolfsburg – Gent 1-3

Wolfsberger – Istanbul Basaksehir 0-3

Braga – Besiktas  3-1

Astana – AZ Alkmaar  0-5

 

 

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Futbol internazzjonali

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena. Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn…

Futbol internazzjonali

Marcello Lippi irreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż dan wara li huma tilfu kontra s-Sirja bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022. Iċ-Ċina bħalissa jinsabu fit-tieni post…

Aktar