Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt fis-semifinali

Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt huma t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali tal-UEFA Europa League.

Fil-partiti mit-tieni legs tal-kwarti tal-finali, huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ispejjeż ta’ Sparta Prague, Napoli, Villareal u Benfica, rispettivament.

Fis-semifinali, Arsenal jilagħbu kontra Valencia u Chelsea jilagħbu kontra Eintracht Frankfurt. Is-semifinali jintlagħbu fit-2 ta’ Mejju u fid-9 ta’ Mejju.

Il-finali tintlagħab fid-29 ta’ Mejju f’Baku, l-Ażerbajġan.

CHELSEA….4 SPARTA PRAGUE….3 (5-3)

Fi Stamford Bridge, xalata ta’ gowls għal skor finali ta’ 4-3. Rodriguez fetaħ l-iskor wara 5 minuti, u auto goal ta’ Deli 4 minuti wara għamilhom 2-0. Il-Blues iżidu ieħor fis-17-il minut grazzi għall-gowl ta’ Giroud. Soucek jagħmilhom 3-1 fis-26 minuta iżda minuta wara Rodriguez għamilhom 4-1. Fit-tieni taqsima Sparta Prague ħarġu aħjar u skurjaw darbtejn fl-ewwel 9 minuti. Sevsik jagħmilhom 4-2 fil-51 minuta u l-istess plejer jagħmilhom 4-3 fl-54 minuta.

NAPOLI…..0 ARSENAL….1 (0-3)

Arsenal jegħlbu lil Napoli wkoll fi Stadio San Paolo. Il-gowl tar-rebħa jiskurjaħ Lacazette fis-36 minuta.

VALENCIA….2 VILLAREAL….0 (5-1)

Valencia jegħlbu f’darhom lil Villareal bi skor ta’ 2-0. Il-gowls jaslu minn Lato fit-13-il minuta u Parejo fl-54 minuta.

EINTRACHT FRANKFURT….2 BENFICA….0 (4-4 E. Frankfurt jikkwalifikaw bil-gowls away)

Fil-Ġermanja, rimonta mill-Ġermaniżi li għelbu lil Benfica bi skor ta’ 2-0. Il-Ġermaniżi jiftħu l-iskor fis-36 minuta b’gowl ta’ Kostic. Huma rduppjaw b’gowl fis-67 minuta minn Rode.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar