Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Cutrone jispikka fil-kwalifikazzjoni ta’ Wolves

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20

It-3 Round ta’ kwalifikazzjoni it-2 Leg

L-akkwist il-ġdid ta’ Wolverhampton Wanderers Patrick Cutrone spikka fil-pożittiv meta għen lit-tim tiegħu jegħleb l-isfida ta’ Pyunik tal-Armenja bl-iskor ta’ 4-0 sabiex għaddew għall-fażi tal-play-offs ta’ qabel il-gruppi tal-UEFA Europa League.

Minkejja li l-eks attakkant ta’ Milan ma rnexxielux isib ix-xibka, hu wettaq żewġ assists sabiex minnhom waslu żewġ gowls. Għal Wolves skorjaw Neto, Gibbs-White, Vinaigre u Jota.

Wara din il-kwalifikazzjoni, Wolves ser jiffaċċjaw sfida diffiċli meta se jilagħbu kontra Torino li  minkejja d-dro ta’ 1-1 kontra Shakhtyor Soligorsk huma għaddew bi skor aggregate ta’ 5-0.

Kien Simone Zaza li fetaħ l-iskor għal Granata sabiex eżatt mad-90 minuta Nikolay Yanush ġab id-dro minn penalty.

Fost ħafna partiti li ntlagħbu kellna wkoll il-kwalifikazzjoni ta’ Eintracht Frankfurt li b’gowl ta’ De Guzman għeleb lil Vaduz bl-iskor ta’ 1-0. Min-naħa l-oħra PSV Eindhoven ġew dro ta’ 0-0 kontra Haugesund sabiex għaddew bi skor aggregate ta’ 1-0.

Fost aktar timijiet magħrufa, il-Franċiżi ta’ Strasbourg għelbu lil Lokomotiv Plovdiv 1-0 filwaqt li Espanyol iddominaw u rebħu lil Lucerne 3-0.

Ir-riżultati kollha kienu dawn:

Shakhtyor Soligorsk-Torino 1-1 (0-5)
Eintracht Frankfurt-Vaduz 1-0 (5-0)
Espanyol-Lucerne 3-0 (3-0)
Psv-Haugesund 0-0 (1-0)
Strasbourg-Lokomotiv Plovdiv 1-0 (1-0)
Wolverhampton-Pyunik 4-0 (4-0)​​​​​​
AEK Athens-U. Krakow 1-1 (2-0)
Dinamo Tbilisi-Feyenoord 1-1 (0-4)
Bate Borisov-Sarajevo 0-0 (2-1)
Trabzonspor-Sparta Praga 2-1 (2-2)
Viktoria Plzen-Antwerp 2-1 d.t.s. (0-1)
Gent-AEK Larnaca 3-0 (1-1)
Rangers-Midtjylland 3-1 (4-2)
Braga-Brondby 3-1 (4-2)
AZ Alkmaar-Mariupol 4-0 (0-0)
Spartak Mosca-Thun 2-1 (3-2)
Aberdeen-Rijeka 0-2 (0-2)
Apollon Limassol-Austria Vienna 3-1 (2-1)
Yeni Malatyaspor-Partizan Belgrade 1-0 (1-3)
Zorya-CSKA Sofia 1-0 (1-1)
Zrinjski Mostar-Malmoe 1-0 (0-3)
Hapoel Beer Sheva-Norrkoping 3-1 (1-1)
HJK Helsinki-Riga 2-2 (1-1)
AIK Stokholm-Sheriff Tiraspol 1-1 (2-1)
Mlada Boleslav-Steaua Bucarest 0-1 (0-0)
Suduva-Maccabi Tel Aviv 2-1 (2-1)
Yehuda-Neftchi Baku 2-1 (2-2)
TNS-Ludogorets 0-4 (0-5)
Valletta-Astana 0-4 (1-5)
Aris Salonico-Molde 3-1 (wara l-ħin barrani). (0-3).

 

Miktub minn...
robertbusuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Futbol internazzjonali

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar…

Futbol internazzjonali

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Franċiż Franck Ribery huwa mistenni jingħaqad ma’ Fiorentina fis-sigħat li ġejjin wara li d-diskussjonijiet bejn il-klabb u l-plejer jinsabu fi stadju avvanzat. Fil-preżent Ribery huwa plejer liberu wara li…

Aktar