Futbol lokali
UEFA Europa League: Gżira Utd – Hajduk Split, it-Tlieta fis-18.00, diretta TVM2

Avversarji diffiċli għal Gżira Utd fid-debutt tat-timijiet Maltin fl-istaġun il-ġdid ta’ kompetizzjonjiet Ewropej meta t-Tlieta filgħaxija fis-Centenary Stadium jiffaċċjaw lil Hajduk Split tal-Kroazja fl-ewwel leg tal-ewwel round preliminari tal-UEFA Europa League.

Hajduk rebħu l-kampjonat Kroat sitt darbiet: apparti li għandhom storja glorjuża fl-Ewropa minn żmien l-ex-Jugoslavja.

Il-coach ġdid ta’ Gżira Giovanni Tedesco qal li l-avversarji huma f’kundizzjoni fiżika aħjar meta jitqies li l-kampjonat tagħhom jibda fi żmien għaxart ijiem.

Tedesco qal li għalkemm Gżira jkunu prużuntużi jippretendu l-kwalifikazzjoni, ħeġġeġ lill-players ma jibżgħux mill-avversarji u jagħtu aktar mill-100 fil-mija fil-pitch. Qal li għandu skwadra kważi sħiħa għad-diżpożizzjoni tiegħu: u huwa kuntent bl-iskwadra u bil-preparazzjoni.

Anke l-captain ta’ Gżira Utd Andrew Cohen ammetta li se tkun logħba iebsa imma jemmen li t-team għandu l-materjal biex jiffaċċja lill-Kroati.

Il-coach ta’ Hajduk Sinisa Orescanin qal ċar u tond min-naħa l-oħra li għalkemm għandu kull rispett għal Gżira, it-team tiegħu ġie hawn biex jirbaħ. Qal li s-sħana mhix skuża: b’Tedesco min-naħa tiegħui juri t-tama li taħdem favur it-team Malti.

Gżira Utd – Hajduk Split: diretta fuq TVM2 fis-18.00.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Gozo Football Association ippreżentat it-tazza ta’ champions tal-BOV Gozo Football League 2019/20 lil Nadur Youngsters f’ċeremonja qasira. Din il-preżentazzjoni setgħet issir wara li l-kunsill tal-Malta Football Association ikkonferma d-deċizjoni tal-Gozo…

Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Futbol lokali

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi. F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li…

Aktar