
Gżira United ikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Europa League meta b’wirja kbira fit-tieni taqsima, anki meta kienu gowl minn taħt, irnexxielhom jiskurjaw tliet darbiet għal skor finali ta’ 3-1.
Dan ir-riżultat premja li t-tim Malti li ġimgħa ilu tilef fis-Centenary Stadium bi skor ta’ 2-0, allura r-riżultat ta’ aggregate spiċċa 3-3, biex skattat ir-regola tal-gowl away.
Hajduk Split marru fil-vantaġġ wara 7 minutii b’gowl ta’ Jradi.
Fit-tieni taqsima, il-Maroons ġabu d-draw fis-57 minuta b’gowl ta’ Jefferson.
Kone tefa’ lil Gżira fil-vantaġġ fid-69 minuta u l-istess plejer skurja l-gowl tat-3-1 u tal-kwalifikazzjoni fis-96 minuta.
Birkirkara kienu deċiżament aħjar fl-ewwel taqsima fejn għal ħinijiet kienu fuq l-attakk u wara seba’ minuti kellhom gowl ta’ Falcone mħassar, bl-istess plejer jikkonkludi għoli minn qagħda tajba ftit wara….
GUDJA UTD. – SENGLEA A. 4-1 Gudja approfittaw tajjeb mill-fatt li kienu qed jilgħabu b’żewġ plejers aktar u ġabru t-tlett punti mportanti biex telgħu punt taħt Balzan. Fl-24 minuta azzjoni…
Gżira United – Mosta 3-1 Wara żewġ minuti logħob tasal l-ewwel azzjoni meta kross ta’ Kyle Xuereb ballun fuq ras Kotlov bil-ballun jispiċċa barra fuq ix-xibka. 8 minuti għal darb’oħra…
FLORIANA 2 SANTA LUCIA 1 Floriana rritornaw għar-rebħ wara żewġ draw konsekuttivi dan hekk kif huma għelbu lil Santa Lucia biex żammew it-tlett punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika. Fil-ħdax il-minuta free…