Futbol internazzjonali
UEFA Europa League – Gżira UTD jitilfu 4-0 għand Radnicki

Fl-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, it-tim ta’ Gżira United sofra telfa xi ftit kbira bl-iskor ta’ 4-0, biex issa hija verament diffiċli li jagħmluha għar-round li jmiss, meta għallinqas, il-ġimgħa d-dieħla f’pajjiżna, iridu jiskurjaw erbgħa bla risposta biex għallinqas jisfurzaw il-ħin barrani.

Radnicki marru minn fuq mal-kwarta logħob meta Pankov sab ix-xibka u għamilhom 1-0. It-tieni wasal minn Haskic fit-53 minuta u żewġ minuti wara Mrkic tefa’ fix-xibka biex għamilhom 3-0. Haskic reġa’ skorja għal Radnicki fil-85 minuta għal riżultat finali ta’ Radnicki 4 Gżira UTD 0, logħba li ntlagħbet fil-Gradski Stadium.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fi Spanja: Julen Lopetegui qal li l-plejer tiegħu Isco Alarcon se jkollu jagħmel operazzjoni ta’ malajr tal-appendiċite wara uġigħ kbir li ħass fl-istonku fl-aħħar sigħat. Lopetegui kkonferma din l-aħbar tard…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis jitħabbar il-pajjiż li se jkun qed jospita l-Kampjonati Ewropej tal-2024. Għal dawn il-kampjonati l-UEFA rċiviet żewġ applikazzjonijiet, dik tal-Ġermanja u tat-Turkija. Il-Ġermanja jisperaw li jirbħu din il-bid biex b’hekk,…

Futbol internazzjonali

Luka Modric, il-midfielder ta’ Real Madrid u tal-Kroazja huwa r-rebbieħ tal-Best FIFA Men’s Player Award għas-sena 2018. Modric ta’ 33 sena, rebaħ iċ-Champions League ma’ Real Madrid fl-istaġun li għadda…

Futbol internazzjonali

Illejla ssir edizzjoni oħra tal-FIFA Football Awards li se tippremja l-aħjar player tal-istaġun 2017/18. Is-serata tal-lejla tibda fit-8.30pm qed tiġi mxandra diretta fuq TVM2. Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed…

Aktar