Futbol internazzjonali
UEFA Europa League – Gżira UTD u Birkirkara fl-azzjoni bejn is-26 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju

Europa League – aktar kmieni llum waranofsinhar ittellgħu l-poloz tar-round preliminari tal-UEFA Europa League, fejn iż-żewġ timijiet Maltin ta’ Gżira United u Birkirkara kienu parteċipi f’dawn il-poloz u kienu seeded. Gżira United se jilagħbu kontra t-tim ta’ Sant Julia minn Andorra, bl-ewwel logħba tkun barra minn pajjiżna, filwaqt li Birkirkara se jilagħbu l-ewwel Malta meta telgħu biex jilagħbu kontra Klaksvik tal-Gżejjer Faroe. Gżira United se jkunu l-ewwel tim li se jilgħab f’din il-kompetizzjoni fis-26 ta’ Ġunju, filwaqt li l-Karkariżi jidħlu fl-azzjoni l-Ħamis 28 ta’ Ġunju. It-tieni leg jintlagħab il-Ħamis 5 ta’ Lulju.

Il-ġimgħa d-dieħla jitilgħu l-poloz li fihom ikunu nvoluti t-timijiet ta’ Valletta u Balzan, filwaqt li Gżira United u Birkirkara jkunu jafu min se jkunu l-avversarji tagħhom jekk kemm-il darba jagħmluha għar-round li jmiss.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

David Silva jirtira mit-Team Nazzjonali Spanjol bl-aħħar dehra tiegħu għal pajjizu tkun l-eliminazzjoni bikrija għall-ex Champions tad-Dinja fil-fazi tal-aħħar Sittax fl-aħħar edizzjoni dan is-sajf fir-Russja kontra l-istess Russi bil-penalties. Il-midfielder…

Futbol internazzjonali

Fiorentina akkwistaw uffiċjalment lill-midfielder Żvizzeru Edimilson Fernandes mingħand West Ham. Il-klabb Vjola permezz tas-sit uffiċjali kkonferma din l-aħbar hekk kif Edimilson issieħeb ma’ Fiorentina b’self għal staġun bil-klabb ikollu l-għażla…

Aktar