Futbol lokali
UEFA Europa League: Hibernians eliminati b’gowl kontroversjali, forsi ineżistenti

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20

HIBERNIANS….0

SHAKHTYOR…..1

(Aggregate 0-2)

Hibernians ma rnexielhomx jikkanċellaw l-iżvantaġġ tal-ewwel leg ilbieraħ kontra Shakhtyor Soligorsk, u dan minkejja li lagħbu għal ħinijiet twal bi plejer iktar. Kontra x-xejra tal-logħob Hibernians sofrew gowl ferm dubjuż fil-65 minuta, gowl li temm kull speranzi li seta’ kellhom biex kellhom ibaxxu rashom b’aggregate ta’ 2-0.

Wara biss 55 sekonda Hibernians viċin il-gowl b’xutt sabiħ ta’ Kristensen salvat b’diffikulta minn Klimovich. Wara din il-ħasda Shakhtyor kellhom azzjoni tajba fit-tmien minuta fejn Bakaj wasal ftit tard għal kross ta’ Kovalev.

Fl-20 minuta azzjoni mibdija minn Groothusen u żewġ tentattivi ta’ Mbong minn qagħda tajba kienu salvati bi bravura mill-goalkeeper avversarju. Mill-azzjoni ta’ korner xutt ta’ Dunstan Vella jgħaddi għoli.

Fl-34 minuta żvolta fil-logħba meta Aleksandr Selyava deher jirfes lil Bjorn Kristensen, bir-referee mill-Każakstan juri karta ħamra diretta lil Selyava.

Hibernians ippruvaw japprofittaw u Jake Grech wasal tard għal pass fit-tul ta’ Agius. Fit-38 minuta l-goalkeeper ta’ Hibernians Jovicic salva lil sħabu l-ewwel meta ħareġ f’saqajn Bakaj, u mir-rebound salva x-xutt ta’ Kovalev.

Fit-tieni taqsima Hibernians ħarġu fuq l-attakk u appellaw għal penalty meta ballun seta’ ħabat ma’ id difensur ta’ Shakhtyor. Fit-53 minuta xutt ta’ Nanni minn tarf il-kaxxa jgħaddi jħakkek mal-lasta. Hibernians issa bdew iżidu sewwa fil-logħob u kienu l-ħin kollu fuq l-avversarji.

Iżda fil-65 minuta kontra x-xejra tal-logħob Nikita Tatarkov li kien għadu kif daħal bħala sostitut, ta kross shot li qarraq bil-goalkeeper Jovicic bil-ballun jaħbat mal-lasta u jispiċċa f’idejn l-istess Jovicic, iżda apparentement il-ballun qabeż il-linja bir-referee mill-ewwel jikkonvalida l-gowl.

Hibernians issa kienu demoralizzati u biex tkompli tiġi ħażina anki l-Pawlisti spiċċaw b’għaxar plejers fit-73 minuta meta Ferdinando Apap dabbar it-tieni karta safra, f’deċiżjoni ferm ħarxa fil-konfront tal-plejer Għawdxi.

Il-logħba prattikament intemmet hawn u magħha l-aspirazzjonijiet ta’ Hibernians li jikkwalifikaw.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar