Futbol lokali
UEFA Europa League: Hibernians jaslu f’Vaduz, Sirens f’Sofia

Hibernians u Sirens dalgħdu ħallew pajjiżna għall-partita tagħhom minn din il-kompetizzjoni.

It-tim ta’ Raħal Ġdid immexxi mill-kowċ Stefano Sanderra ħalla Malta f’titjira lejn Leichtenstein fejn għada jilagħbu kontra VC Vaduz, fl-ewwel rawnd tal-UEFA Europa League.

Il-kontinġent Pawlist ħalla Malta u wasal fl-ajruport ta’ Zurich għal ħabta tat-8.30am. Minn hemm qabad titijira oħra li waslitu f’Vaduz fl-10.00am.

It-training uffiċjali ta’ ġurnata qabel il-partita ta’ Hibernians isir illejla fis-7.00pm f’Rheinpark Stadium, fl-istess ħin u stadium li se tintlagħab il-partita għada.

Sirens ukoll ħallew Malta dalgħodu f’titjira lejn Sofia, fil-Bulgarija, fejn għada jilagħbu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Europa League kontra CSKA Sofia.

Din se tkun l-ewwel partita fl-Istorja għall-klabb ta’ San Pawl il-Baħar, li se jilgħab f’partita internazzjonali, uffiċjali tal-UEFA.

Sirens ukoll se tħarrġu llejla fil-Balgarska Armia Stadium fis-7.00pm, fl-istess ħin u stadium li se tintlagħab il-partita ta’ għada.

Miktub minn...
TVM Sport