Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Il-finali f’Cologne, fil-Ġermanja, fil-21 ta’ Awwissu

Illum wara nofsinhar, f’Nyon, fl-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League mill-kwartit tal-finali ’l quddiem.

Wolfsburg jilagħbu kontra Shakhtar Donetsk u r-rebbieħ bejn dawn jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Eintracht Frankfurt u Basel.

Inter jilagħbu kontra Getafe u r-rebbieħ jilgħab fil-kwartit tal-finali kontra min jikkwalifika minn Rangers u Bayer Leverkusen.

Ir-rebbieħa ta’ dawn iż-żewġ kwarti tal-finali jilgħabu kontra xulxin fis-semfinali.

LASK ittellgħu biex jilagħbu kontra Manchester United u r-rebbieħ jilgħab kontra min jikkwalifika minn Istanbul Basaksehir u Copenhagen.

Olympiacos jilagħbu kontra Wolves u r-rebbieħa jilagħbu kontra min jikkwalifika bejn Seville u Roma.

Ir-rebbieħa ta’ dawn iż-żewġ kwarti finali jilagħbu kontra xulxin fis-semifinali.

Il-partiti se jintlagħbu kollha fil-Ġermanja fl-istadia ta’ Cologne, Duisburg, Dusseldorf u Gelsenkirchen.

Il-partiti tar-rawnd tal-aħħar 16 jintlagħbu bejn il-5 u s-6 ta’ Awwissu; il-kwartit tal-finali jintlagħbu bejn l-10 u l-11 ta’ Awwissu; is-semifinali jintlagħbu bejn is-16 u s-17 ta’ Awwissu u l-finali tintlagħab fil-21 ta’ Awwissu.

Il-partiti tar-rawnd tal-aħħar sittax jibdew fis-18.55 u d-21.00 mentri mill-kwarti tal-finali ’l quddiem, il-partiti jintlagħbu kollha fid-21.00.

Miktub minn...
TVM Sport