Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Il-logħba bejn Dudelange u Qarabag sospiża għal 20 minuta minħabba drone

Inċident fil-logħba bejn Dudelange u Qarabag wassal biex il-konfront kellu jitwaqqaf għal ftit minuti. Dan wara li f’din il-logħba mit-tieni ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Europa League, fl-ewwel taqsima deher drone jittajjar fuq l-istadium li miegħu kellu mwaħħla l-bandiera tal-Armenja. Jidher li din kienet mossa premeditata kontra t-tim ta’ Qarabag li ġej mill-Ażerbajġan, tant li diversi plejers pruvaw jixxuttjaw il-ballun fid-direzzjoni tad-drone bit-tama li jolqtuh u jwaqqgħuh fl-art.

Ir-referee ddeċieda li għas-sigurtà tal-plejers, iwaqqaf il-logħba għal madwar 20 minuta sakemm id-drone telaq minn fuq l-istadium. Sa dak il-ħin, Qarabag kienu diġa’ 2-0 minn fuq kontra Dudelange. Finalment Qarabag rebħu l-konfront bl-iskor ta’ 4-1.

S’issa il-UEFA qiegħda tistenna r-rapporti uffiċjali tal-logħba mingħand l-uffiċjali sabiex tiddetermina jekk jibdewx proċeduri legali. Jidher li l-kwistjonijiet politiċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja qegħdin jaffettwaw il-logħob li jilagħbu Qarabag meta anke fl-istaġun li għadda, partitarju kien qabeż fil-grawnd bil-bandiera tal-Armenja fil-logħba li kienet qiegħda tintlagħab fl-Emirates kontra Arsenal.

Il-kwistjoni territorjali hija dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh li fil-verità jagħmel parti mill-Ażerbajġan imma jinsab taħt il-kontroll tal-qawwiet Armeni etniċi li għandhom is-sapport tal-Armenja. Dan il-kunflitt territorjali ilu għaddej sa mill-1994.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Portugall ħabbret b’mod uffiċċjali li l-aħħar logħba ta’ ħbiberija qabel il-Euro 2020 ser tintlagħab kontra Malta nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju. Il-Portugall ser jiddebuttaw f’Budapest nhar is-Sibt 16…

Futbol internazzjonali

Erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A skjedati llum ġew sospiżi minħabba l-coronavirus. Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li ta lbieraħ. Il-partiti sospiżi huma Torino – Parma,…

Futbol internazzjonali

Chelsea għelbu lil Tottenham Hotspur fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata. Il-Blues fil-vantaġġ b’gowl ta’ Olivier Giroud wara kwarta logħob. Chelsea jirduppjaw b’gowl ta’ Marcos Alonso mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Tottenham jiskurjaw…

Futbol internazzjonali

L-ex Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke u ċ-chairman tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni BeIN, Nasser Al-Khelaifi tressqu l-Qorti dwar frodi u korruzzjoni fid-drittijiet tal-televiżjoni marbuta ma’ diversi edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet….

Aktar