Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Floriana u Hibernians ma’ avversarji mill-Irlanda ta’ Fuq u l-Ungerija
Polza home għal Hibernians, Floriana jilagħbu away fit-2 Round fis-17 ta' Settembru

UEFA Europa League

2ni Round ta’ Kwalikazzjoni

(17 ta’ Settembru)

Linfield – Floriana

Hibernians- Fehérvár

Iċ-champions lokali Floriana telgħu biex jilagħbu barra minn darhom kontra Linfield tal-Irlanda ta’ Fuq fit-2 Round ta’ Kwalfikazzjoni tal-UEFA Europa League.

It-team l-ieħor Malti li fadal fil-kompetizzjoni, Hibernians, se jilagħbu hawn Malta kontra l-Ungeriżi ta’ Fehérvár.

Il-poloz ittellgħu llum fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f’Nyon l-Iżvizzera.  Ir-round jintlagħab fuq leg wieħed fis-17 ta’ Settembru, bit-team li tela’ l-ewwel tmisu x-xorti li jilgħab home.

Floriana sabu ruħhom fl-Europa League wara li tilfu 2-0 fis-Centenary Stadium ma’ Cluj tar-Rumanija fl-1 Round ta’  Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Issa jmisshom lil Linfield, champions renjanti u għal rekord ta’ 54 darba tal-Irlanda ta’ Fuq. Linfield bdew l-avventura Ewropeja tagħhom dis-sena fiċ-Champions League fejn għaddew għall-1 Round propja b’rebħa fuq Tre Fiori ta’ San Marino u walk-over fuq Drita tal-Kosovo, qabel tilfu 0-1 ma’ Legia tal-Polonja biex spiċċaw fl-Europa League.

Hibernians min-naħa l-oħra kkwalfikaw għat-2 Round bil-mertu tagħhom b’rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom fuq Vaduz ta’ Liechtenstein fl-1 Round il-ġimgħa li għaddiet: doppjetta ta’ Jurgen Degabriele.  L-avversarji tagħhom Fehérvár huma magħrufa sew fix-sena Ewropeja għalkemm bl-ismijiet li kellu qabel il-club: Videoton, u aktar riċenti Vidi. l-Ungeriżi lanqas m’huma ġodda għal Malta: f’Lulju 2017 kienu qalgħu lil Balzan b’aggregate ta’ 5-3 fl-1 Round tal-Europa League.

Fir-round ta’ qabel tal-Europa League dan l-istaġun, Fehérvár eliminaw lil Bohemians tal-Irlanda bil-penalties. Is-sena li għaddiet spiċċaw runners-up fil-kampjonat domestiku: u fl-istaġun il-ġdid jinsabu fl-ewwel post b’5 punti wara tliet logħbiet.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21. SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 LIJA ATHLETIC…………….4. SENGLEA ATHLETIC……..0. It-tim promoss ta’ Lija Athletic, b’għaxar players, għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 4-0, b’hat-trick ta’ Erjon Beu u gowl ieħor ta’…

Aktar