Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Illejla jintlagħab it-tieni leg tar-Round tas-16

Illejla jintlagħab it-tieni leg tar-Round tas-16 tal-UEFA Europa League, bi tliet logħbiet fis-18:55 u ħamsa oħra fid-21:00.

Għalkemm Chelsea u Napoli jidher li għandhom vantaġġ komdu għaliex fl-ewwel leg rebħu bl-iskor ta’ 3-0, żgur li jridu joqgħodu attenti minn xi żelqa mhux mistennija, filwaqt li kollox għadu miftuħ għall-Gunners meta fl-Emirates Stadium jilqgħu lill-Franċiżi ta’ Rennes bit-tama li jdawru r-riżultat. L-importanti għall-Arsenal hu li ma jaqilgħux gowls u għallinqas jiskurjaw tnejn. Inter f’San Siro jridu joqgħodu attenti mill-gowl away kontra l-Germaniżi t’Eintracht Frankfurt għaliex jekk jispiċċaw bi dro u jkunu skurjati l-gowls, allura t-tim Taljan jispiċċa barra.

Il-logħob kollu tal-lejla huwa dan:

18:55 Dinamo Kiev – Chelsea (agg. 0-3)
18:55 Krasnodar – Valencia (agg. 1-2)
18:55 Salzburg – Napoli (agg. 0-3)
21:00 Arsenal – Rennes (agg. 1-3) diretta fuq TVM2
21:00 Benfica – Dinamo Zagreb (agg. 0-1)
21:00 Inter – Eintracht Frankfurt (agg. 0-0)
21:00 Salvia Praga – Sevilla (agg. 2-2)
21:00 Villarreal – Zenit St Petersburg (agg. 3-1)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA tas-sena 2023. Konfermat l-interess miż-żewġ Federazzjonijiet tal-Football Koreani sabiex jospitaw flimkien din l-edizzjoni. Dan kien konfermat mil-FIFA hekk kif b’kollox kien hemm disa’ pajjiżi li urew…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo reġa’ ssejjaħ mat-team Nazzjonali tal-Portugal sabiex jilgħab fiż-żewġ logħbiet ta’ Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew kontra l-Ukrajna u s-Serbja rispettivament. Il-player ta’ 34 sena sa issa lagħab 154…

Futbol internazzjonali

Id-derby Grieg bejn Panathinaikos u Olympiakos spiċċa abbandunat wara nkwiet kbir li nqala’ fil-grawnd fit-tieni taqsima. Il-qiegħa kienet taħraq sew sa minn qabel beda l-konfront u wara biss 4 minuti,…

Aktar