Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Illejla jintlagħbu erba’ logħbiet oħra

Illejla jintlagħbu erba’ logħbiet oħra mill-UEFA Europa League, bil-logħba bejn Sevilla u Roma ser tkun eliminazzjoni diretta.

Bayer Leverkusen – Rangers (agg. 3-1)

Għalkemm kollox jista’ jiġri f’dan il-konfront, Bayer Leverkusen għandhom sieq fil-kwartifinali tal-kompetizzjoni meta s’issa l-iskor huwa 3-1. Il-vantaġġ għal Bayern huwa doppju għaliex minbarra ż-żewġ gowls differenza, huma skurjaw tlieta barra minn darhom, allura dan huwa fattur li jista’ jkun determinanti. Barra minn hekk, Rangers ilhom ma jilagħbu logħba kompetittiva minn Marzu, filwaqt li Bayern temmew l-istaġun f’Lulju li għadda.

 

Sevilla – Roma

Fl-istadium ta’ Duisburg, Sevilla u Roma ser jiltaqgħu kontra xulxin f’logħba b’eliminazzjoni diretta. Dawn it-tnejn ma kenux laħqu lagħbu l-ewwel leg meta twaqqaf kollox minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u allura l-logħba tal-lejla ser tkun determinanti.

 

Basel – Eintracht Frankfurt (agg. 3-0)

It-tliet gowls vantaġġ li għandhom Basel f’dan il-konfront jistgħu jkunu biżżejjed sabiex illejla jagħmluha għall-kwartifinali. Mhux hekk biss, imma t-tliet gowls skurjawhom barra minn darhom. L-uniku vantaġġ żgħir li għandhom Eintracht Frankfurt hu li m’ilhomx daqstant ma jilagħbu logħba kompetittiva, filwaqt li Basel ilhom aktar ġimgħat jitħarrġu biss.

 

Wolves – Olympiacos Piraeus (agg. 1-1)

Logħba miftuħa għalkollox dik bejn Wolves u Olympiacos. Fil-Molineux Stadium Wolves jittamaw li jiskurjaw mingħajr ma jaqilgħu xi gowl biex jagħmluha għall-kwartifinali tal-kompetizzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar