Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Illejla jintlagħbu żewġ kwartifinali oħra

Wara li t-Tnejn saru magħrufa l-ewwel żewġ semifinalisti tal-UEFA Europa League, jiġifieri Inter u Manchester United, illejla jkun magħqud il-kwadru ta’ din il-fażi meta jintlagħbu ż-żewġ kwartifinali l-oħra tal-kompetizzjoni.

Shakhtar Donetsk – Basel

L-Ukreni ta’ Shakhtar Donetsk għandhom rekord tajjeb minn meta rritorna l-logħob minħabba l-pandemija tal-Covid-19, għaliex s’issa għadhom ma tilfux logħba waħda. L-uniku ħaġa li l-Ukreni għandhom kontrihom hija t-temperament tal-plejers għaliex fl-aħħar seba’ ħarġiet tagħhom dabbru ħames karti ħomor.

Għal Basel l-istorja hija xi ftit differenti, għaliex erbgħa mill-aħħar sitt logħbiet kompetittivi tagħhom temmewhom fi draw. Illejla l-attenzjoni ser tintefa’ fuq Fabian Frei li skorja ħames gowls fil-logħbiet Ewropej f’dan l-istaġun, imma min-naħa l-oħra jridu joqgħodu attenti minn Junior Moraes li wkoll skorja ħames gowls għall-Ukreni mit-18 li skurjaw fil-logħbiet fl-Ewropa.

Il-logħba tal-lejla ser tkun ikkontrollata mill-Ingliż Michael Oliver u Shakhtar Donetsk ser ikunu mingħajr Ismaily u Malyshev li jinsabu mweġġa’, filwaqt li Khocholava jinsab sospiż. Għal Basel, kemm Omlin u Zuffi ser ikunu barra minħabba injury filwaqt li Ramires għadu dubjuż. Il-logħba ser tintlagħab fil-Veltins Arena ta’ Gelsenkirchen, il-Ġermanja.

 

Wolves – Sevilla

Fix-Schauinsland-Reisen-Arena ta’ Duisburg, il-Ġermanja, Wolves jilagħbu kontra Sevilla fil-kwartifinali tal-kompetizzjoni. Id-difiża ta’ Wolves taf tkun determinanti fil-logħba tal-lejla, għaliex għal diversi drabi rnexxilha żżomm lill-avversarji milli jiskurjaw. Biss kontra Sevilla mhijiex ser tkun daqstant faċli, l-ewwel nett għaliex l-Ispanjoli għandhom esperjenza kbira ta’ din il-kompetizzjoni, u t-tieni għax s’issa ilhom tmintax-il logħba ma jsofru telfa.

Sevilla rebħu din il-kompetizzjoni ħames darbiet, u żgur li l-għan tagħhom huwa li jżidu tazza oħra mal-ħamsa li għandhom fi tmiem il-kompetizzjoni għal dan l-istaġun. Youssef En-Nesyri jista’ jkun pedina importanti għalihom fil-logħba tal-lejla meta skorja l-aħħar gowl għall-Ispanjoli fl-aħħar tliet logħbiet tagħhom. Fuq in-naħa l-oħra, Raul Jimenez huwa skorer prolifiku tant li dsatax mis-27 gowl li skorja kienu kollha fit-tieni taqsima.

Il-logħba ser tkun ikkontrollata mir-referee Taljan Orsato, b’Wolves ser ikollhom neqsin lil Castro li jinsab imweġġa’ u Podence sospiż, filwaqt li Sevilla ser ikunu mingħajr Corchia li għandu injury u Gudelj jinsab kwarantina.

 

Iż-żewġ logħbiet ser jibdew fid-21:00.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid. Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola. Suarez u t-tielet l-aħjar…

Arturo Vidal huwa uffiċjalment plejer ta’ Inter hekk kif il-klabb Taljan laħaq ftehim ma’ Barcelona dwar il-plejer Ċilen. L-aħbar għamluha uffiċjali ż-żewġ klabbs. Inter ħallsu miljun ewro biex iffirmaw lill-midfielder…

Aktar